1Fis-sena tnax ta’ Aħaż, sultan ta’ Ġuda, Ħosegħa bin Ela beda jsaltan f’Samarija fuq Iżrael, u dam disa’ snin.
2Għamel dak li hu ħażin f’għajnejn il-Mulej, imma mhux daqs is-slaten ta’ Iżrael ta’ qablu.
3Salmaneser, sultan tal-Assirja, tala’ għalih, u Ħosegħa sar il-qaddej tiegħu, u beda jħallas il-ħaraġ. qabad f’idejh is-Samarija, karkar l-Iżraelin lejn l-Assirja u ġagħalhom jgħammru f’Ħalaħ u matul il-Ħabor, xmara ta’ Gożan, u fl-ibliet tal-Medja.
7Dan kollu ġralhom għaliex ulied Iżrael kienu dinbu kontra l-Mulej, Alla tagħhom, li kien tellagħhom mill-Eġittu minn taħt idejn il-Fargħun, is-sultan tal-Eġittu. Iżda huma bdew iqimu allat oħra;
18Għalhekk il-Mulej inkorla sewwa għal Iżrael, u warrabhom minn quddiem wiċċu, u baqgħet weħidha t-tribù ta’ Ġuda.
19Lanqas Ġuda ma ħarsu l-ordnijiet tal-Mulej, Alla tagħhom, u mxew skont id-drawwiet li kienu daħħlu Iżrael.
20U l-Mulej tafa’ n-nisel ta’ Iżrael ’il barra, għakkishom u telaqhom f’idejn il-ħallelin, sa ma warrabhom minn quddiem wiċċu.
21Għax hu kien li qata’ lil Iżrael mid-dar ta’ David, u huma għamlu sultan lil Ġerobogħam bin Nebat; u dan begħedhom minn wara l-Mulej, u ġagħalhom jidinbu dnub kbir.Is-Samaritani
24U s-sultan tal-Assirja ġieb nies minn Babilonja, minn Kut, minn Għawwa, minn Ħamat u minn Sefarwajjim, u qegħedhom fl-ibliet tas-Samarija minflok ulied Iżrael; u għamlu lis-Samarija b’tagħhom u bdew jgħammru fi blietha.
25Ġara li meta bdew jgħammru hemm, ma kinux jibżgħu mill-Mulej, u l-Mulej bagħat kontrihom l-iljuni u dawn qatlu lil xi wħud minnhom.
26U qalu lis-sultan tal-Assirja: “In-nies, li int kaxkart u qegħedthom f’Samarija, ma jafux kif iqimu lill-alla tal-pajjiż, u għalhekk bagħtilhom l-iljuni kontrihom u, ara, qegħdin joqtluhom, għax ma hemmx fosthom nies li jafu kif iqimu lill-alla tal-pajjiż.”
27U s-sultan tal-Assirja ordnalhom, u qalilhom: “Ibagħtu hemm wieħed mill-qassisin li ġarrejtu minn hemm, ħa jmur jgħammar hemm, u jurihom kif iqimu lill-alla tal-pajjiż.”
28U ġie wieħed mill-qassisin li kienu ġarrew mis-Samarija, u beda jgħammar f’Betel, u jgħallimhom kif iqimu l-Mulej.
29Ġara li kull ġens għamel l-allat tiegħu u qegħduhom fid-djar tas-santwarji li s-Samaritani kienu għamlu, kull ġens fil-belt li kien jgħammar fiha.Ġw 4,9.
30In-nies ta’ Babilonja għamlu lil Sukkot-benot; in-nies ta’ Kut għamlu ’l Nergal; in-nies ta’ Ħamat għamlu ’l Asima;
31l-Għawwin għamlu ’l Nibħaż u ’l Tartak; u s-Sefarwajjin kienu jgħaddu lil uliedhom min-nar f’ġieħ Adrammelek u Għannammelek, allat tas-Sefarwajjin.
32U kienu wkoll iqimu lill-Mulej, u għamlu għalihom minn fosthom qassisin għas-santwarji, u kienu jservu fihom.1 Slat 12,31.
33Huma kienu jaduraw lill-Mulej, imma kienu wkoll iservu ’l allat tagħhom skont id-drawwa tal-ġnus, li minnhom ġew eżiljati.
34U sal-lum għadhom jagħmlu hekk skont id-drawwiet li kellhom sa minn qabel.
Huma ma kinux iqimu lill-Mulej, u ma kinux jagħmlu skont il-liġijiet u d-digrieti, il-preċetti u l-ordnijiet li Alla kien ta lil ulied Ġakobb, li kien semmieh Iżrael.Ġen 32,29.
35U l-Mulej kien għamel patt magħhom, u qalilhom: “La tqimux allat oħra, u la tinxteħtux għarkupptejkom quddiemhom, u la sservuhomx, u lanqas toffrulhom sagrifiċċji.Eż 19,1; 20,3-5.
36Imma l-Mulej li tellagħkom mill-art tal-Eġittu b’qawwa kbira u bi driegħu merfugħ, minnu għandkom tibżgħu, u quddiemu tinxteħtu għarkupptejkom, u lilu toffru s-sagrifiċċji.
37U l-istatuti, id-digrieti, u l-liġijiet u l-ordnijiet li kitbilkom għandkom tqisu li tħarsuhom għomorkom kollu. Ma għandkomx tibżgħu minn allat oħra.
38U l-patt li għamilt magħkom la tinsewhx u la tibżgħux minn allat oħra.
39Għax jekk intom tibżgħu mill-Mulej Alla tagħkom, hu jeħliskom minn id l-għedewwa kollha tagħkom.”
40Iżda huma ma semgħux, imma baqgħu jagħmlu skont id-drawwiet tagħhom ta’ qabel.
41U hekk dawn il-ġnus kienu jibżgħu mill-Mulej, u jservu lix-xbihat tal-allat tagħhom, u saħansitra wliedhom u wlied uliedhom baqgħu jagħmlu bħalma għamlu missirijiethom u għadhom jagħmlu hekk sal-lum.
Who We AreWhat We EelieveWhat We Do
2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.