1 SAMWEL 14 - Maltese Bible with DC

Kapitlu 14

1Jum minnhom Ġonatan bin Sawl qal lill-iskudier żagħżugħ tiegħu: “Ejja naqsmu għal kontra l-għassa tal-Filistin li qegħdin in-naħa l-oħra”; u ’l missieru ma qallux.

4U bejn il-mogħdijiet, li kien qiegħed ifittex Ġonatan li jgħaddi minnhom lejn l-għassa tal-Filistin, kien hemm blata wieqfa fuq naħa, u blata oħra wieqfa fuq in-naħa l-oħra; u blata minnhom kien jisimha Buses, u isem l-oħra kien Seni.

5Il-blata l-waħda kienet in-naħa tat-Tramuntana biswit Mikmas, u l-blata l-oħra n-naħa tan-Nofsinhar biswit Gibgħa.

6Ġonatan qal lill-iskudier żagħżugħ tiegħu: “Ejja naqsmu għal ħdejn l-għassa ta’ dawn in-nies bla ħtin. Għandu mnejn il-Mulej jagħmel xi ħaġa għalina, għax m’hemmx xi jżomm il-Mulej, jekk irid, li jsalvana b’ħafna jew bi ftit nies.”It-tħarbit tal-Filistin

16U l-għassiesa ta’ Sawl li kienu f’Gibgħa ta’ Benjamin raw dik il-kotra mxerrda sejra ’l hemm u ’l hawn.

17U Sawl qal lin-nies li kellu miegħu: “Għoddu n-nies u araw min naqas minn magħna.” U raw li kienu nieqsa Ġonatan u l-iskudier tiegħu.

18U Sawl qal lil Aħija: “Ġib l-efod” (għax dakinhar l-efod kien f’nofs ulied Iżrael).;

24u dakinhar l-Iżraelin infnew u Sawl ġagħal lill-poplu jaħlef u qallu: “Misħut il-bniedem li jiekol xi ikel qabel ma jidlam u nitħallas mill-għedewwa tiegħi.” U ħadd ma kiel xejn.

25U kien hemm ħafna għasel fir-raba’.

26Meta l-poplu wasal fil-foresta ra l-għasel iqattar, imma ħadd minnhom ma ressaq idu lejn ħalqu, għax il-poplu baża’ mill-ħalfa.

27Ġonatan ma kienx sama’ bil-ħalfa li missieru ġagħal lill-poplu jagħmel, u medd it-tarf tal-ħatar li kellu f’idu, u deffsu f’xehda għasel, u ressaq idu lejn ħalqu, u għajnejh ħadu d-dawl.

28U wieħed mill-poplu kellmu u qallu: “Missierek ġagħal lill-poplu jaħlef u qallu: ‘Misħut il-bniedem li jiekol xi ħaġa llum.’ ” Issa l-poplu kien mifni.

29U Ġonatan qal: “Missieri għamel il-ħsara lill-pajjiż. Araw kif ħadu d-dawl għajnejja, għax doqt dan id-daqsxejn għasel.

30Kemm aktar kieku l-poplu kiel mill-priża li sab tal-għedewwa llum! Kemm kienet tkun akbar il-qerda tal-Filistin!”

31Dakinhar huma kissru l-Filistin minn Mikmas sa Ajjalon, imma l-poplu għeja għall-aħħar. biex ma tidinbux kontra l-Mulej.’ ” U l-poplu ressaqlu kull wieħed kulma ġie f’idejh dak il-lejl, u qatluhom hemm.

35U Sawl bena artal lill-Mulej; l-ewwel artal li bena lill-Mulej.

36U Sawl qal: “Ħalli ninżlu għal wara l-Filistin mal-lejl, u naħtfu priża kemm nifilħu sa ma jisbaħ għada, u ma nħallux bniedem wieħed ħaj minnhom.” U weġbuh: “Kulma jogħġbok nagħmluh!” Imma l-qassis qallu: “Ħa nersqu quddiem Alla.”

37U Sawl staqsa lil Alla: “Ninżel jien għal wara l-Filistin? Titlaqhom int f’idejn l-Iżraelin?” U dakinhar Alla ma weġbux..” U ntgħażlu Ġonatan u Sawl; u l-poplu ħareġ ħieles.

49Ulied Sawl kienu: Ġonatan, Ġiswi, u Malkisugħa u żewġt ibniet li kien jisimhom: il-kbira, Merab, u ż-żgħira, Mikal.

52Qalila kienet il-gwerra kontra l-Filistin iż-żmien kollu tas-saltna ta’ Sawl; kull raġel qalbieni u kull raġel b’saħħtu li kien jara, Sawl kien iqabbdu miegħu.

Blog
About Us
Message
Site Map

Who We AreWhat We EelieveWhat We Do

Terms of UsePrivacy Notice

2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.

Home
Gospel
Question
Blog
Help