1Kellu tnax-il sena Manassi meta beda jsaltan, u dam isaltan ħamsa u ħamsin sena f’Ġerusalemm;, rabtuh b’żewġ ktajjen tar-ram, u ħaduh f’Babilonja.Ġob 36,7-8; Eżek 19,9.
12U kif kien fil-hemm talab il-ħniena mill-Mulej Alla tiegħu, u umilja ruħu sewwa quddiem Alla ta’ missirijietu.
13U talbu, u Alla laqa’ t-talba tiegħu, u sama’ l-krib tiegħu u reġġgħu lura lejn Ġerusalemm f’saltnatu. U Manassi għaraf li l-Mulej hu Alla.
14U wara dan bena ħajt fuq in-naħa ta’ barra tal-belt ta’ David, fuq il-Punent ta’ Giħon, fil-wied sad-dħul tal-Bieb tal-Ħut, u madwar l-Għofel, u għamlu għoli ħafna. U qiegħed fizzjali tal-eżerċtu fl-ibliet kollha ffortifikati ta’ Ġuda.
15U neħħa l-allat tal-barranin, u l-idolu mid-dar tal-Mulej, u l-artali kollha li kien bena fuq il-muntanja ta’ dar il-Mulej u f’Ġerusalemm, u rmiehom ’il barra mill-belt.2 Kron 14,2-5.
16U raġa’ talla’ l-artal tal-Mulej, u offra fuqu s-sagrifiċċji tas-sliem u radd il-ħajr. U ordna lil Ġuda li jaqdu l-Mulej, Alla ta’ Iżrael.
17U l-poplu baqa’ joffri s-sagrifiċċji fis-santwarji, iżda biss lill-Mulej, Alla tagħhom.
18U l-bqija tal-ġrajja ta’ Manassi, u t-talba tiegħu lil Alla tiegħu, u l-kliem li qalulu l-veġġenti f’isem il-Mulej, Alla ta’ Iżrael, jinsabu fil-Ġrajja tas-Slaten ta’ Iżrael.
19U t-talba tiegħu, u kif Alla semgħu, u dnubietu kollha u ħtijietu, il-postijiet fejn bena s-santwarji u waqqaf ix-xbihat tal-Asera u l-idoli qabel ma umilja ruħu, dan kollu miktub fil-Ġrajja ta’ Ħożaj.
20U Manassi strieħ ma’ missirijietu, u difnuh f’daru. U beda jsaltan floku Amon, ibnu.
Is-saltna ta’ Amon21Amon kellu tnejn u għoxrin sena meta beda jsaltan, u saltan sentejn f’Ġerusalemm.
22U għamel il-ħażin f’għajnejn il-Mulej, bħalma kien għamel Manassi missieru. U l-idoli kollha li kien għamel Manassi, missieru, Amon beda joffrilhom is-sagrifiċċji u jaqdihom;
23u qatt ma umilja ruħu quddiem il-Mulej, bħalma kien umilja ruħu Manassi, missieru, imma hu, Amon, kompla jidneb kemm kien jiflaħ.
24U l-qaddejja tiegħu kkonfoffaw kontrih, u qatluh f’daru.
25Imma n-nies tal-pajjiż qatlu lil dawk kollha li kienu kkonfoffaw kontra s-sultan Amon; u għamlu sultan floku lil Ġosija, ibnu.
Who We AreWhat We EelieveWhat We Do
2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.