1Malli Ġabin, is-sultan ta’ Ħasor, sama’ b’dan kollu, bagħat messaġġiera għand Ġobab, sultan ta’ Madon,
2u għand is-sultan ta’ Simron u s-sultan ta’ Aksaf, u għand is-slaten li kienu jgħammru fit-Tramuntana fil-muntanji, fl-Għaraba ’l isfel minn Kinneret u fis-Sefela u Nafat-dor fuq il-Punent;
16U Ġożwè ħa f’idejh din l-art kollha; il-muntanji u n-Negeb kollu, l-art kollha ta’ Gosen, is-Sefela u l-Għaraba, il-muntanja ta’ Iżrael u l-witat tiegħu,
18Għal żmien twil dam Ġożwè jitqabad ma’ dawn is-slaten.
19Ebda waħda minn dawk l-ibliet ma ftiehmet ma’ Iżrael; barra mill-Ħiwwin, li jgħammru f’Gibgħon, kollha ħaduhom bil-ġlied.Il-qerda tal-Għanakin
21Dak iż-żmien Ġożwè mar u qered l-Għanakin mill-muntanji, minn Ħebron, minn Debir, minn Għanab, mill-muntanji kollha ta’ Ġuda u mill-muntanji kollha ta’ Iżrael, għamel qerda minnhom u minn bliethom..
Who We AreWhat We EelieveWhat We Do
2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.