1Għanja tat-Telgħat. Ta’ David.
Li ma kienx il-Mulej magħna
- ħa jgħid hekk Iżrael -
2li ma kienx il-Mulej magħna,
meta qamu għalina n-nies,
3ħajjin kienu jibilgħuna,
meta nxtegħlu bl-għadab għalina.
4L-ilma kien jgħerriqna,
il-wied kien jgħaddi minn fuqna;
5minn fuqna kien jgħaddi
mewġ tal-ilma qawwi.
6Imbierek il-Mulej,
li ma telaqniex priża għal snienhom.
7Ħajjitna bħal għasfur ħelset mix-xbiek tan-nassaba.
Ix-xibka tqattgħet, u aħna ħrabna.
8L-għajnuna tagħna f’isem il-Mulej,
li għamel is-sema u l-art.
Who We AreWhat We EelieveWhat We Do
2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.