ŻAKKARIJA 11 - Maltese Bible with DC

Kapitlu 11

1Iftaħ bwiebek, Libanu,

biex in-nar jibla’ ċ-ċedri tiegħek.

2Okrob, ċipress, għax iċ-ċedru ntemm,

għax inqerdu l-qalbenin.

Okrob, ballut ta’ Basan,

għax tqaċċat il-masġar folt!

3Isma’ l-krib tar-rgħajja,

għax safa fix-xejn dak li bih kienu jiftaħru;

isma’ l-għajjat tal-ljuni,

għax ġmiel il-Ġordan safa fix-xejn.

Iż-żewġ rgħajja

4Dan qal il-Mulej, Alla tiegħi: “Irgħa l-merħla lesta għall-qatla,.

15U qalli l-Mulej: “Ħu l-għodda ta’ ragħaj bla għaqal.

16Għax, ara, se nqajjem fil-pajjiż ragħaj li ma jħabbilx rasu minn dawk li se jinqerdu, dawk li jkunu neqsin ma jfittixhomx, lill-miġruħa ma jdewwihomx, lil dawk li huma f’saħħithom ma jweżinhomx, imma jiekol il-laħam ta’ dawk li huma msemmna u jqaċċtilhom sad-dwiefer tagħhom.

17Gwaj għalih ir-ragħaj bla għaqal,

li jitlaq il-merħla weħidha!

Ħa jolqotlu s-sejf lil driegħu

u ’l għajnu l-leminija!

Ħa jinxiflu sewwa driegħu,

u dalma kbira tilħqu f’għajnu l-leminija!”

Blog
About Us
Message
Site Map

Who We AreWhat We EelieveWhat We Do

Terms of UsePrivacy Notice

2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.

Home
Gospel
Question
Blog
Help