1 PIETRU Ħarsa ħafifa lejn l-ittra - Maltese Bible with DC
Ħarsa ħafifa lejn l-ittraSan Pietru kiteb din l-ittra minn Ruma minn fejn ried jilħaq lill-insara mxerrda fl-Asja Minuri. Huma kienu qed jgħixu f’soċjetà fejn il-biċċa l-kbira tan-nies kienu pagani, u ħafna mill-insara kienu qed isofru ħafna għall-fatt li kienu segwaċi ta’ Kristu.Pietru jitkellem fit-tul fuq il-misteru tat-tbatija, u jagħti tifsira profonda għal din l-esperjenza fil-ħajja tal-bniedem. Bi kliemu juri li min qed ibati mhuwiex biss qed jgħaddi minn prova, imma hu msejjaħ biex jaqdi lil Alla, u jixhed għall-fidi.Fl-ittra tiegħu, Pietru jinkoraġġixxi lill-insara li qed ibatu billi jfakkarhom li dawk fost is-segwaċi ta’ Ġesù li huma msejħa jġorru miegħu s-salib, għandhom għax jithennew billi b’hekk tkun qed titkattar fihom il-fidi u jkun jistħoqqilhom it-tifħir fil-jum li fih jerġa’ jiġi l-Mulej.Fl-istess waqt, l-insara, fit-tbatija tagħhom, għandhom jaraw it-tama f’futur aqwa, mirbuħ mill-qawmien mill-mewt ta’ Ġesù. Hekk kif Kristu kellu jbati biex jirċievi l-glorja tal-Missier, hekk in-nisrani jgħaddi mill-prova tat-tbatija biex hu wkoll jingħata l-glorja fit-tieni miġja ta’ Kristu Rebbieħ.Għax Kristu wkoll miet darba għal dejjem minħabba d-dnubiet; hu li kien ġust, miet għall-inġusti biex iressaqhom lejn Alla; kien mogħti l-mewt fil-ġisem, imma ħa l-ħajja fl-ispirtu (3,18).It-taqsim tal-ittraIntroduzzjoni (1,1-2)Ifakkar dwar is-salvazzjoni li ġejja minn Alla (1,3-12)Jinkoraġġixxi għal ħajja qaddisa (1,13—2,10)Ir-responsabbiltà tan-nisrani waqt it-tbatija (2,11—4,19)L-umiltà u s-servizz tan-nisrani (5,1-11)Konklużjoni (5,12-14)