SOFONIJA Ħarsa ħafifa lejn il-ktieb - Maltese Bible with DC

Ħarsa ħafifa lejn il-ktiebFis-sena 621 QK, is-Sultan Ġosija beda riformi reliġjużi qalb il-poplu. Kien, aktarx, f’dan iż-żmien meta l-Profeta Sofonija beda jxandar il-messaġġ profetiku ta’ ġudizzju u ta’ qerda minħabba l-ħażen tal-poplu.Il-poplu ta’ Ġuda kien qed jimmaġina ż-żmien fejn Alla kellu jagħti setgħa kbira lill-poplu tiegħu filwaqt li jeqred għal kollox lill-għedewwa tagħhom. Dan iż-żmien kienu jsejħulu “Jum il-Mulej”.Sofonija ħabbar lill-poplu li dan il-jum kien se jasal tassew. Dakinhar, mhux l-għedewwa ta’ Ġuda kienu se jiġu kkastigati, imma kull min ma jobdix lil Alla. Il-poplu ta’ Ġuda wkoll kellu jkun fost dawk il-ġnus ikkundannati.Triq waħda kien hemm biex Ġuda jeħles mill-kastig li kien ġej fuqu. Jekk ma ridux jitkaxkru mill-korla ta’ Alla, kellhom jerġgħu jduru lejh bl-ubbidjenza u l-qima.Fittxu l-Mulej ilkoll,intom, l-umli tal-art,li tagħmlu ordnijietu;fittxu l-ġustizzja, fittxu l-umiltà:biex forsi f’jum il-korla tal-Mulejikollkom fejn tistkennu (2,3).It-taqsim tal-ktiebJum il-Mulej (1,1—2,3)Il-kundanna tal-ġirien ta’ Iżrael (2,4-15)Il-kundanna u l-ħelsien ta’ Ġerusalemm (3,1-20)
Blog
About Us
Message
Site Map

Who We AreWhat We EelieveWhat We Do

Terms of UsePrivacy Notice

2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.

Home
Gospel
Question
Blog
Help