2U Sawl għażel tlitt elef raġel minn Iżrael, elfejn minnhom kienu ma’ Sawl f’Mikmas fuq l-għolja ta’ Betel, u elf kienu ma’ Ġonatan fuq Gibgħa ta’ Benjamin, u l-bqija tan-nies bagħathom ilkoll, kulħadd fl-għarix tiegħu.
3Ġonatan ħabat għall-għassa tal-Filistin li kien hemm f’Geba; il-Filistin semgħu u Sawl daqq it-tromba fl-art kollha, u ħabbar: “Ħa jisimgħu l-Għebrej.”
8U stenna sebat ijiem daqs kemm kien ftiehem miegħu Samwel; imma Samwel ma ġiex f’Gilgal u l-poplu beda jitilqu.
15U Samwel qam u tala’ minn Gilgal għal Gibgħa ta’ Benjamin; Sawl imbagħad għadd in-nies li kienu miegħu, li kienu jlaħħqu sitt mitt raġel.
Who We AreWhat We EelieveWhat We Do
2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.