DEWTERONOMJU 4 - Maltese Bible with DC

Kapitlu 4Il-ħarsien tal-liġi ta’ Alla

1“U issa, Iżrael, agħti widen għal-liġijiet u l-ordnijiet li qiegħed ngħallimkom tagħmlu, ħalli tgħixu, u tidħlu tieħdu l-art li se jagħtikom il-Mulej, Alla ta’ missirijietkom.

10“Ftakar fil-jum meta int qgħadt quddiem il-Mulej, Alla tiegħek, f’Ħoreb, meta l-Mulej qalli: ‘Iġmagħli l-poplu u nsemmgħalhom kliemi biex jitgħallmu jibżgħu minni kemm idumu ħajjin fuq l-art u jgħallmuhom lil uliedhom.’

12“Il-Mulej imbagħad kellimkom minn ġon-nar. Smajtu l-ħoss tal-kliem, imma ma rajtu ebda xbieha, leħen biss. ta’ taħt is-smewwiet., mill-Eġittu, biex issiru l-poplu tiegħu bħalma intom illum.

21“U l-Mulej inkorla għalija minħabba fikom, u ħalef li jien ma naqsamx il-Ġordan, li ma nidħolx fl-art tajba, li l-Mulej, Alla tiegħek, se jagħtik b’wirt.

23“Qisu li ma tinsewx il-patt tal-Mulej, Alla tagħkom, li għamel magħkom u ma tagħmlu ebda xbieha mnaqqxa, li l-Mulej, Alla tiegħek, ordnalek li ma tagħmilx..

25“Meta jkollkom uliedkom, u wlied uliedkom, u tkunu xjaħtu fl-art, u titħassru, u tagħmlu xbieha mnaqqxa, u tagħmlu dak li hu ħażin f’għajnejn il-Mulej, Alla tiegħek, u tinkurlawh;

26jien insejjaħ illum b’xhud kontrikom is-smewwiet u l-art. Minnufih tinqerdu minn wiċċ l-art, li intom se taqsmu l-Ġordan biex teħduha f’idejkom; ma ddumux żmien twil fiha, għax tinqerdu għalkollox.

27“Ixerridkom il-Mulej qalb il-ġnus, u tibqgħu għadd żgħir fost il-ġnus li jkun ħadkom ġo nofshom il-Mulej.

32“Staqsi liż-żminijiet tal-imgħoddi, iż-żminijiet ta’ qabel, sa minn mindu Alla ħalaq il-bniedem fuq l-art, fittex minn tarf għall-ieħor tas-sema, u ara kienx hemm ġrajja hekk kbira bħal din, jew qattx instemgħet oħra bħalha.

33Qatt kien hemm poplu li sama’ leħen Alla jitkellem minn ġon-nar - bħalma smajt int - u baqa’ ħaj?L-ibliet tal-kenn

41Imbagħad Mosè għażel tlitt ibliet in-naħa l-oħra tal-Ġordan, in-naħa tal-Lvant,

44Din hi l-liġi li Mosè qiegħed quddiem ulied Iżrael;

45dawn huma l-preċetti u l-kmandamenti u d-digrieti li Mosè ta lil ulied Iżrael fi ħruġhom mill-Eġittu,

46in-naħa l-oħra tal-Ġordan, fil-wied biswit Bet-pegħor fl-art ta’ Siħon, is-sultan tal-Amurrin, li kien jgħammar f’Ħesbon, u li għelbuh Mosè u wlied Iżrael fi ħruġhom mill-Eġittu.

47U ħadu f’idejhom l-art tiegħu u l-art ta’ Għog, is-sultan ta’ Basan, iż-żewġ slaten tal-Amurrin, li tinsab in-naħa l-oħra tal-Ġordan, in-naħa tal-Lvant;,

49u l-Għaraba kollha n-naħa l-oħra tal-Ġordan mil-Lvant sal-baħar tal-Għaraba għal taħt ix-xaqliba tal-Pisga.

Blog
About Us
Message
Site Map

Who We AreWhat We EelieveWhat We Do

Terms of UsePrivacy Notice

2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.

Home
Gospel
Question
Blog
Help