DEWTERONOMJU 32 - Maltese Bible with DC

Kapitlu 32L-għanja ta’ Mosè

1“Agħtu widen, smewwiet, ħa nitkellem,

u tisma’ l-art kliem fommi.

2Ħa jinżel bħax-xita tagħlimi,

ħa joqtor bħan-nida kliemi,

bħal irxiex fuq raba’ jħaddar,

bħal bexxa xita fuq il-ħxejjex.

3Irrid inxandar isem il-Mulej;

faħħruh intom lil Alla tagħna.

4Għax hu l-Blata tagħna; perfett għemilu;

u lkoll ġusti t-triqat tiegħu.

Alla ta’ kelmtu u ma jqarraqx;

kollu ħaqq u kollu sewwa.

5Imxew ħażin miegħu;

mhumiex uliedu, għajb għalihom;

nisel ta’ inkwiet u għawġ.

6B’hekk tħallsu lill-Mulej,

poplu iblah u bla għaqal?

Mhux hu missierek, li għamlek tiegħu?

Mhux hu li sawrek u qawwiek?

7Ftakar fil-jiem ta’ dari;

qis is-snin, kull żmien li gerbeb!

Staqsi ’l missierek u jurik,

lix-xjuħ tiegħek u jgħidulek.

8Meta Alla l-Għoli ’l ġnus qassmilhom sehemhom,

u l-bnedmin minn xulxin fired,

ħażżeż truf il-ġnus,

skont l-għadd ta’ wlied Alla.

9Imma sehem il-Mulej baqa’ l-poplu tiegħu,

Ġakobb sehem il-wirt tiegħu.

10F’art imwarrba mar isibu,

f’deżert waħxi u bla nies.

Dar miegħu u ħa ħsiebu:

ħarsu bħall-mimmi ta’ għajnejh.

11Bħalma l-ajkla l-bejta ttajjar,

u tittajjar fuq uliedha,

tiftaħ ġwenħajha u ttellagħhom,

u ġġorrhom fuq ġwenħajha,

12hekk il-Mulej mexxiehom waħdu,

u ebda alla ieħor ma kien miegħu.

13Tellgħu fuq l-għoljiet tal-art,

u temgħu uċuħ ir-raba’.

Tah jerda’ l-għasel mill-irdum,

u ż-żejt mill-blat taż-żnied.

14Tah baqta tal-baqar u ħalib tan-nagħaġ,

u l-laħam imsemmen tal-ħrief u tal-muntun

imwielda f’Basan, u tal-mogħoż;

mill-ifjen dqiq tal-qamħ;

u demm il-għeneb int xrobt iriegħi.

15U simen Ġesurun u ta biż-żewġ;

smint, u mtlejt, u ħxint;

u telaq lil Alla, il-ħallieq tiegħu,

u żeblaħ il-Blata tas-salvazzjoni tiegħu.

16B’allat oħra kebbsu lil Alla bl-għira;

regħxuh bl-għemejjel ħżiena tagħhom.

17Issagrifikaw lill-erwieħ li mhumiex allat,

lil allat li bihom ma kinux jafu,

lil allat ġodda li ġew dan l-aħħar,

li missirijiethom qatt ma kienu jqimu.

18Int insejt il-Blata li wilditek,

insejt ’l Alla li nisslek.

19Il-Mulej ra dan, u fil-korla tiegħu

stmerr ’l uliedu, subien u bniet.

20U qal: ‘Naħbi wiċċi minnhom,

u nara xi jsir minnhom.

Għax nisel ħażin huma,

ulied li kelma ma jżommuhiex.

21Kebbsuli l-għira b’dak li mhux alla,

regħxuni b’allathom fiergħa;

u jiena nkebbsilhom l-għira b’dak li poplu mhux,

inregħexhom b’nies bla moħħ.

24Bil-ġuħ jinfnew,

deni jaħtafhom u l-mard jittieħed.

Snien il-bhejjem nibagħtilhom,

b’semm is-sriep li jieklu t-trab.

25Barra l-mewt bix-xabla,

u ġewwa d-dar bil-biża’,

kemm għaż-żagħżugħ u x-xebba,

kemm għat-trabi u x-xjuħ xehbiena.

26Jien kont ngħid: kieku rrid neqridhom,

tifkirthom inħassar minn qalb in-nies,

27li kieku ma bżajtx miż-żebliħ tal-għadu,

li ma jaħsbux dawk li għakksuh u jgħajtu:

Bis-saħħa ta’ idejna rbaħna,

mhux il-Mulej li għamel dan.

28Ġens bla ħsieb,

u nies bla fehma.

29Li kienu għaqlin kienu jifhmu dan;

u kienu jitħassbu fuq it-tmiem tagħhom.

30Kif jista’ jkun li wieħed jiġri wara elf,

u tnejn iħarrbu għaxart elef,

jekk mhux għax il-Blata tagħhom begħithom,

u l-Mulej telaqhom?

31Għax il-Blata tagħna mhix bħall-blata tagħhom,

u dan l-għedewwa tagħna stess jgħiduh.

32Għax id-dielja tagħhom mid-dielja ta’ Sodoma ħierġa

u mill-oqsma ta’ Gomorra.

L-għeneb tagħhom għeneb is-semm,

u morri l-għenieqed tagħhom.

33L-inbid tagħhom semm is-sriep,

velenu qawwi tas-serpent.

34Mhux dan forsi maħżun għandi,

imsakkar fil-moħbiet tiegħi?

35Għalija l-ħlas u l-vendetta,

għal meta jogħtru riġlejhom.

Għax qrib hu jum il-qerda tagħhom,

fis jasal li hemm lest għalihom.

36Għax il-Mulej jagħmel ħaqq lill-poplu tiegħu,

u l-qaddejja tiegħu jħenn għalihom,

meta jara li marret saħħtu,

u la baqa’ lsir u lanqas ħieles.

37U jgħid: ‘Fejn huma l-allat tagħhom,

il-blata li fiha ttamaw?

38Li kienu jieklu x-xaħam tal-vittmi tagħhom

u jixorbu l-inbid tat-tiswib tagħhom?’

Ħalli jqumu huma u jgħinukom

u jkunu kenn għalikom!

39Araw issa li jien, jien hu,

u m’hemm ebda alla ħdejja.

Jien immewwet u jiena naħji.

Jiena nidrob, u jiena nfejjaq.

U ħadd ma hemm li jeħles minn idejja.

40Għax nerfa’ idi lejn is-sema,

u naħlef: ‘Daqs kemm jien ħaj għal dejjem

41malli nsinn ix-xabla tilma tiegħi,

u tlesti ruħha idi għall-ħaqq,

vendetta nagħmel mill-għedewwa tiegħi,

u nitħallas minn dawk li jobogħduni.

42Il-vleġeġ tiegħi bid-demm insakkar,

bil-laħam inxabba’ x-xabla tiegħi,

bid-demm tal-maqtula u l-priġunieri,

bl-irjus b’xagħar twil ta’ kbarat il-għadu.’

43Ifirħu u għajtu bil-ferħ, ja ġnus, lill-poplu tiegħu,

għax jitħallas ta’ demm il-qaddejja tiegħu,

u jħallas lill-għedewwa tiegħu

u jnaddaf artu u l-poplu tiegħu.”

44Ġie Mosè, hu u Ġożwè bin Nun, u lissen il-kliem kollu ta’ din l-għanja hekk li seta’ jisimgħu l-poplu.

45Malli Mosè temm dan il-kliem kollu quddiem Iżrael kollu,

46qalilhom: “Żommu f’qalbkom dan il-kliem kollu li jien illum qegħedt quddiemkom, biex twissu lil uliedkom li jqisu li jħarsu l-kliem kollu ta’ din il-liġi.L-aħħar jum ta’ Mosè

48U l-Mulej kellem lil Mosè dak in-nhar stess u qallu:

Blog
About Us
Message
Site Map

Who We AreWhat We EelieveWhat We Do

Terms of UsePrivacy Notice

2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.

Home
Gospel
Question
Blog
Help