ĠUDITTA 15 - Maltese Bible with DC

Kapitlu 15

1Malli n-nies fit-tined semgħu dan kollu, baqgħu miblugħa b’li ġara.

2Qabdithom rogħda, u waqa’ fuqhom il-biża’; u ħadd ma baqa’ ħdejn sieħbu, infixlu, u b’ġirja waħda ħarbu lkoll minn kull triq tal-wita u l-għoljiet.

3U ħarbu wkoll dawk li kienu fil-kampijiet fuq l-għoljiet madwar Betulja.

In-nies ta’ Iżrael, imbagħad, kull min fosthom kien kapaċi jġorr l-armi, intefgħu għal fuqhom.

4Għużżija bagħat f’Betomestajm f’Bebaj, Ħoba u Kola u fl-art kollha ta’ Iżrael messaġġiera jgħidulhom b’kulma ġara biex ilkoll joħorġu għal wara l-għedewwa u jeqirduhom.

5Malli semgħu n-nies ta’ Iżrael, dawn inxteħtu fuqhom ilkoll flimkien, u għamlu ħerba minnhom sa Ħoba.

Bl-istess ħsieb għamlu hekk ukoll in-nies ta’ Ġerusalemm u dawk tal-għoljiet għax huma wkoll għarrfuhom b’kulma ġara fil-kamp tal-għedewwa tagħhom. In-nies ta’ Gilgħad u dawk tal-Galilija ħabtu għalihom mill-ġnub u tawhom xebgħa kbira sakemm qabżu ’l Damasku u trufijietha.

6Il-bqija tan-nies ta’ Betulja nxteħtu għal fuq il-kamp tal-Assiri, neżżgħuh minn kollox u ħadu priża kbira.Innu ta’ tifħir

Ġuditta intunat innu ta’ tifħir f’nofs Iżrael, u l-poplu kollu ngħaqad magħha b’leħen għoli f’din l-għanja:

Blog
About Us
Message
Site Map

Who We AreWhat We EelieveWhat We Do

Terms of UsePrivacy Notice

2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.

Home
Gospel
Question
Blog
Help