1U l-Mulej kellem lil Mosè u lil Aron, u qalilhom:
2“Kellmu lil ulied Iżrael u għidulhom: Raġel li jkollu nxija minn ġismu jkun mniġġes minħabba din l-inxija;
25“Il-mara li jkollha nxija ta’ demm għal ħafna jiem barra minn żmienha, jew aktar mis-soltu, sakemm iddum din l-inxija tkun imniġġsa, bħal fi żmienha;Mt 9,20; Mk 5,25; Lq 8,43.
26u kull friex li timtedd fuqu, kemm iddum l-inxija, ikun bħal fi żmienha; u kulma toqgħod fuqu, ikun imniġġes bħall-friex fi żmienha.
27U kull min imisshom jitniġġes, u għandu jaħsel ħwejġu, u jinħasel bl-ilma, u jibqa’ mniġġes sa filgħaxija.
28“Meta mbagħad tissaffa mill-inxija tagħha, tgħodd sebat ijiem, u wara dan tkun imnaddfa.
29Fit-tmien jum tieħu żewġ gamimiet, jew par bċieċen tal-ħamiem, u teħodhom għand il-qassis, quddiem il-bieb tat-tinda tal-laqgħa.
30U l-qassis joffri wieħed minnhom b’sagrifiċċju għall-purifikazzjoni u l-ieħor b’sagrifiċċju tal-ħruq; u hekk il-qassis jagħmel espjazzjoni għaliha quddiem il-Mulej għall-inġiesa tal-inxija tagħha.
31“Hekk inti żżomm lil ulied Iżrael ’il bogħod mit-tinġis tagħhom, u ma jniġġsux bl-inġiesa tagħhom l-għamara tiegħi li hemm f’nofshom, u jmutu.”
32Din hi l-liġi għal min jitniġġes bl-inxija jew tixrid iż-żerriegħa,
33għall-marida fi żmienha, għal min għandu l-inxija, raġel jew mara, u għal raġel li jimtedd ma’ mara mniġġsa.”
Who We AreWhat We EelieveWhat We Do
2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.