1Ġara li fis-sitt sena, fil-ħames jum tas-sitt xahar, jien kont qiegħed f’dari, u l-anzjani ta’ Ġuda bilqiegħda quddiemi, meta waqgħet hemm fuqi id Sidi l-Mulej.
2U ħarist u rajt ħaġa qisha bniedem: minn fejn kien donnu ġenbejh ’l isfel kien qisu nar, u minn ġenbejh ’il fuq kien jidher jiddi bħal bronż ileqq., li jġib l-għira.
4U ara, kien hemm il-glorja ta’ Alla ta’ Iżrael kif kont rajtha f’dehra fil-wita., u kemm allat foloz naqqxet dar Iżrael fil-ħajt dawramejt.
11U sebgħin wieħed mix-xjuħ ta’ Iżrael, fosthom Ġażanija bin Safan, weqfin fin-nofs quddiemhom, kull wieħed minnhom biċ-ċensier f’idu u sħaba duħħan ta’ inċens ifuħ tielgħa ’l fuq.
12U qalli: “Qiegħed tara, o bniedem, x’qegħdin jagħmlu fid-dlam ix-xjuħ ta’ Iżrael kull wieħed f’kamart l-idolu tiegħu, għax jgħidu: ‘Hemm il-Mulej ma jaraniex, il-Mulej telaq il-pajjiż!’ ”.
15U qalli: “Qiegħed tara, o bniedem? U għad tara għarukażijiet akbar minn dawn.”
16U ħadni fil-bitħa ta’ ġewwa tat-tempju tal-Mulej, u hemm fid-daħla tat-tempju tal-Mulej, bejn il-portiku u l-artal, kien hemm xi ħamsa u għoxrin raġel, b’daharhom lejn it-tempju tal-Mulej, u wiċċhom lejn il-Lvant, imilu lejn ix-xemx.
17U qalli: “O bniedem, m’intix tara? Mhux biżżejjed għad-dar ta’ Ġuda li jagħmlu l-għarukażijiet li qegħdin jagħmlu hawn? Li jimlew l-art bil-vjolenza u hekk iqanqlu aktar l-għadab tiegħi? U arahom, bil-fergħa taż-żebbuġ f’imneħirhom.
18Għalhekk jien nimxi bl-għadab magħhom; għajnejja ma jagħdruhom ma nħennx għalihom, jistgħu jgħajtu f’widnejja b’kemm jifilħu, għax jien ma nismagħhomx.”
Who We AreWhat We EelieveWhat We Do
2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.