1David u l-kapijiet tas-servizz qassmu wkoll għas-servizz lil ulied Asaf, Ħeman u Ġedutun, li kellhom jipprofetizzaw biċ-ċetri, bl-arpi, u bil-platti. Dan hu l-għadd tan-nies tax-xogħol skont is-servizz tagħhom.
2Minn ulied Asaf: Żakkur, Ġużeppi, Netanija, Asarela, ulied Asaf, taħt it-tmexxija ta’ Asaf, li kien jipprofetizza skont l-ordni tas-sultan.
3Minn Ġedutun, ulied Ġedutun: Gedalija, Seri, Isaija, Simgħi, Ħasabija, Mattitija, sitta kollox, taħt id-direzzjoni ta’ missierhom Ġedutun, li kienu jipprofetizzaw biċ-ċetra b’radd il-ħajr u tifħir lill-Mulej.
4Minn Ħeman, Ulied Ħeman: Bukkija, Mattanija, Għużżijel, Sebuwel, u Ġerimot, Ħananija, Ħanani, Eljata, Giddalti u Romamti-għeżer, Ġosbeksa, Malloti, Ħotir, Maħażijot.
5Dawn kollha kienu wlied Ħeman, il-veġġent tas-sultan fil-ħwejjeġ ta’ Alla; u biex ikattarlu ġieħu, skont ma kien wiegħdu, Alla tah erbatax-il tifel u tlitt ibniet.
6Dawn kollha kienu taħt id-direzzjoni ta’ missierhom fil-kant f’dar il-Mulej, imsieħeb mill-platti, l-arpi u ċ-ċetri, għas-servizz tad-dar ta’ Alla taħt id-direzzjoni tas-sultan, Asaf, Ġedutun, u Ħeman.
7L-għadd tagħhom, flimkien ma’ dak ta’ ħuthom imħarrġa fil-kant lill-Mulej, ilkoll jinqalgħu, kien ta’ mitejn u tmienja u tmenin.
8U huma lkoll, kbar u żgħar, imgħallem u skular, ilkoll xorta, tellgħu x-xorti għat-tqassim tas-servizz.
9L-ewwel xorti li telgħet messet lil Ġużeppi minn Asaf;
it-tieni messet lil Gedalija, hu flimkien ma’ ħutu u wliedu, tnax kollox;
10it-tielet messet lil Żakkur, uliedu u ħutu, tnax kollox;
11ir-raba’ messet lil Isri, uliedu u ħutu, tnax kollox;
12il-ħames messet lil Netanija, uliedu u ħutu, tnax kollox;
13is-sitta lil Bukkija, uliedu u ħutu, tnax kollox;
14is-seba’ lil Asarel, uliedu u ħutu, tnax kollox;
15it-tmienja lil Isaija, uliedu u ħutu, tnax kollox;
16id-disa’ lil Mattanija, uliedu u ħutu, tnax kollox;
17l-għaxra lil Simgħi, uliedu u ħutu, tnax kollox;
18il-ħdax lil Għażarel, uliedu u ħutu, tnax kollox;
19it-tnax lil Ħasabija, uliedu u ħutu, tnax kollox;
20it-tlittax lil Subajel, uliedu u ħutu, tnax kollox;
21l-erbatax lil Mattitija, uliedu u ħutu, tnax kollox;
22il-ħmistax lil Ġerimot, uliedu u ħutu, tnax kollox;
23is-sittax lil Ħananija, uliedu u ħutu, tnax kollox;
24is-sbatax lil Ġosbeksa, uliedu u ħutu, tnax kollox;
25it-tmintax lil Ħanani, uliedu u ħutu, tnax kollox;
26id-dsatax lil Malloti, uliedu u ħutu, tnax kollox;
27l-għoxrin lil Elijata, uliedu u ħutu, tnax kollox;
28il-wieħed u għoxrin lil Ħotir, uliedu u ħutu, tnax kollox;
29it-tnejn u għoxrin lil Giddalti, uliedu u ħutu, tnax kollox;
30it-tlieta u għoxrin lil Maħżijot, uliedu u ħutu, tnax kollox;
31l-erbgħa u għoxrin lil Romamti-għeżer, uliedu u ħutu, tnax kollox.
Who We AreWhat We EelieveWhat We Do
2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.