SALMI 42 - Maltese Bible with DC

Salm 42IT-TIENI KTIEBSalmi 42—72Xewqa kbira għat-tempju ta’ Alla

1Għall-mexxej tal-kor. Maskil. Ta’ wlied Koraħ.

2Bħalma għażżiela tixxennaq għan-nixxigħat tal-ilma,

hekk tixxennaq ruħi għalik, o Alla.

3Ruħi għatxana għal Alla, għal Alla l-ħaj;

meta niġi u nara wiċċ Alla?

4Id-dmugħ lejl u nhar kien l-ikel tiegħi,

meta l-jum kollu kienu jgħiduli:

“Fejn hu Alla tiegħek?”

5Dan niftakar, u nħoss qalbi tinħall ġewwa fija,

kif kont nimxi lejn it-tabernaklu tas-sebħ sad-dar ta’ Alla,

fost għajjat ta’ ferħ u ta’ radd il-ħajr,

qalb folla ferħana.

6Għaliex tintelaq, ruħ tiegħi,

u titħawwad ġewwa fija?

Ittama f’Alla, għax jien nibqa’ nfaħħru;

7hu l-għajnuna tiegħi u Alla tiegħi!

Tintelaq ruħi ġo fija;

għalhekk fik niftakar

minn art il-Ġordan u mill-Ħermon

u mill-muntanja ta’ Misgħar.

8Minn irdum għal irdum jidwu

l-ħsejjes qawwija tal-ilmijiet tiegħek;

il-ħalel u l-imwieġ kollha tiegħek

għaddew minn fuqi.

9Lejl u nhar il-Mulej jurini l-ħniena tiegħu;

jien ngħanni u nitlob lil Alla l-ħaj.

10Ngħid lil Alla, il-blata tiegħi:

“Għaliex tlaqtni?

Għax għandi ngħix imdejjaq

taħt it-tagħkis tal-għadu?”

11Kull meta jgħajruni l-għedewwa tiegħi,

qishom qed ikissruli għadmi;

meta jgħiduli l-ħin kollu:

“Fejn hu Alla tiegħek?”

12Għaliex tintelaq, ruħ tiegħi,

u titħawwad ġewwa fija?

Ittama f’Alla, għax jien nibqa’ nfaħħru;

hu l-għajnuna tiegħi u Alla tiegħi!

Blog
About Us
Message
Site Map

Who We AreWhat We EelieveWhat We Do

Terms of UsePrivacy Notice

2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.

Home
Gospel
Question
Blog
Help