1U Ġużeppi ma felaħx iżomm iżjed quddiem dawk li kienu madwaru, u għajjat: “Oħorġu ’l kulħadd minn quddiemi.” U ma kien hemm ħadd ħdejh, meta Ġużeppi wera ruħu lil ħutu., sid daru kollha, u gvernatur fuq l-art kollha tal-Eġittu.
9Fittxu itilgħu għand missieri, u għidulu: ‘Dan jgħid ibnek Ġużeppi: ‘Alla għamilni sid fuq l-Eġittu kollu. Inżel ħdejja, u la titnikkirx. u tkun qribi, int u wliedek, u wlied uliedek bl-imrieħel u l-baqar tiegħek u b’kulma għandek.Ġen 46,28-29; 47,1-6; Eż 8,18; 9,26.
11U hekk jien naħsiblek għal kollox, għax għad fadal ħames snin oħra ta’ ġuħ, biex ma tiftaqarx int, darek u kulma għandek.’
12Araw, qegħdin jaraw għajnejkom u għajnejn Benjamin, li fommi qiegħed ikellimkom.
13U għarrfu lil missieri bil-kobor tiegħi fl-Eġittu u b’kulma rajtu, u fittxu niżżlu lil missieri hawnhekk.’ ”
14U nxteħet fuq għonq Benjamin u beka; u beka Benjamin mgħannaq miegħu.
15Bies lil ħutu kollha, u beka fuqhom. U wara dan kollu ħutu bdew jitkellmu miegħu.
16U nstemgħet l-aħbar f’dar il-Fargħun u bdew jgħidu: “Ġew ħut Ġużeppi.” U ferħu l-Fargħun u n-nies ta’ madwaru.
17U l-Fargħun qal lil Ġużeppi: “Għid lil ħutek: ‘Agħmlu hekk: għabbu l-bhejjem tagħkom, u itilqu u morru fl-art ta’ Kangħan.
18U aqbdu lil missierkom u lil djarkom u ejjew ħdejja, u jien nagħtikom il-ġid tal-art tal-Eġittu u intom tieklu mill-aħjar frott tal-art.’Atti 7,14.
19U int ordnalhom ukoll: ‘Dan agħmlu: ħudu magħkom mill-art tal-Eġittu karrijiet għat-tfal u n-nisa tagħkom, u ġibu ’l missierkom u ejjew.
20U la tagħlux għal ħwejjiġkom, għax il-ġid tal-Eġittu kollu huwa tagħkom.’ ”
21U wlied Iżrael għamlu hekk. U Ġużeppi tahom karrijiet, skont l-ordni tal-Fargħun, u ikel għat-triq.
22Tahom ukoll tibdila ħwejjeġ għal kull wieħed, imma lil Benjamin tah tliet mitt biċċa tal-fidda u ħames tibdiliet ħwejjeġ.
23U lil missieru bagħatlu dawn il-ħwejjeġ: għaxart iħmir mgħobbija bil-ġid tal-Eġittu, u għaxart iħmir mgħobbija bil-qamħ, ħobż u ikel għat-triq.Ġen 43,11.
24Imbagħad bagħat lil ħutu, u huma u sejrin qalilhom: “Issa toqogħdux titlewmu fit-triq.”
25Hekk telgħu mill-Eġittu, u ġew f’art Kangħan għand Ġakobb missierhom.
26U tawh l-aħbar u qalulu: “Ġużeppi għadu ħaj! Saħansitra hu l-kmand tal-art kollha tal-Eġittu!” Imma qalbu baqgħet bierda, għax ma emminhomx.
27U qalulu kulma kien qalilhom Ġużeppi, u meta ra l-karrijiet kollha li kien bagħat Ġużeppi biex irikkbuh fuqhom, ħa r-ruħ Ġakobb missierhom.
28U Iżrael qal: “Biżżejjed! Ibni Ġużeppi għadu ħaj! Ħa mmur narah qabel ma mmut!”
Who We AreWhat We EelieveWhat We Do
2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.