LHUD 10 - Maltese Bible with DC

Kapitlu 10

1Il-Liġi ta’ Mosè, billi għandha biss id-dell tal-ġid li għandu jiġi, u mhux dan l-istess ġid, lil dawk li jersqu qrib lejn Alla ma tista’ qatt tagħmilhom perfetti bis-saħħa ta’ dawk is-sagrifiċċji li huma joffru bla waqfien minn sena għal sena.

2Għax kieku kien hekk, dawk li jagħtu l-kult lil Alla ma kinux forsi jwaqqfuhom dawn is-sagrifiċċji kieku kienu jħossu ruħhom bla dnubiet u mnaddfin minnhom darba għal dejjem?

3Għall-kuntrarju, b’dawn l-istess sagrifiċċji ssir it-tifkira tad-dnubiet minn sena għal oħra.

4Għax ma jistax ikun li d-demm tal-gniedes u tal-mogħoż ineħħi d-dnubiet.

imma ġisem int ħejjejt għalija;

6 vittmi maħruqa u vittmi għad-dnubiet lilek ma għoġbukx.

7 Jien imbagħad għedt: ‘Hawn jien, ġejt

biex nagħmel ir-rieda tiegħek, o Alla,

kif fil-ktieb hemm miktub fuqi.”

8L-ewwel qal: “Sagrifiċċji u offerti, vittmi maħruqa u vittmi għad-dnubiet, la ridthom u lanqas għoġbuk”, għalkemm dawn titlobhom il-Liġi.

11Kull qassis ieħor imur kuljum biex jaqdi l-ministeru tiegħu, u joffri u jerġa’ joffri l-istess sagrifiċċju, bla ma jistgħu qatt ineħħu d-dnubiet.

inqiegħed il-liġijiet tiegħi f’qalbhom,

u f’moħħhom niktibhom.”

Qal ukoll:

17 “Dnubiethom u ħtijiethom ma niftakarhomx aktar.”

18Issa, fejn hemm il-maħfra tad-dnubiet, ma hemmx għalfejn issir aktar l-offerta għad-dnubiet.

Eżortazzjoni u twiddib

19Ladarba, l-aħwa, għandna l-fiduċja li nidħlu fis-Santwarju bis-saħħa tad-demm ta’ Ġesù bit-tagħlim, li ma ġarrabtux bis-sabar taqbida ħarxa.

33Lil xi wħud minnkom għamlu minnhom spettaklu bit-tagħjir u ħbit quddiem kulħadd; oħrajn minnkom kellhom jaqsmu fix-xorti ta’ dawk li sabu ruħhom f’dawn il-provi.

u dak li għandu jiġi ma jdumx ma jiġi.

38 Il-bniedem ġust tiegħi jgħix bil-fidi;

imma jekk jerġa’ lura

jien ma nitgħaxxaqx bih.”

39Iżda aħna m’aħniex minn dawk li jerġgħu lura, biex nintilfu; aħna minn dawk li jemmnu, biex insalvaw.

Blog
About Us
Message
Site Map

Who We AreWhat We EelieveWhat We Do

Terms of UsePrivacy Notice

2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.

Home
Gospel
Question
Blog
Help