1Kien hemm raġel joqgħod Babilonja, jismu Ġojakim.
2Dan kien miżżewweġ mara jisimha Susanna, bint Ħilkija, mara sabiħa ħafna u tibża’ mill-Mulej.
3Il-ġenituri tagħha kienu nies sewwa, u lil binthom rabbewha skont il-Liġi ta’ Mosè.
4Ġojakim kien raġel għani ħafna, u kellu ġnien kbir mad-dar tiegħu. Il-Lhud kienu jiġu għandu, għax kien l-aktar wieħed miġjub fosthom.
5F’dik is-sena ntgħażlu mħallfin tnejn mill-anzjani tal-poplu. Kien għalihom li qal il-Mulej: “Il-ħażen ħareġ minn Babilonja, mill-anzjani li kienu mħallfin, li suppost kienu jmexxu l-poplu.”
6Dawn kienu jmorru għand Ġojakim, u kull min kien ikollu xi kwistjoni kien jiġi għandhom għall-ġustizzja.
7Meta f’nofsinhar in-nies kienu jitilqu, Susanna kienet toħroġ tippassiġġa fil-ġnien ta’ żewġha.
8Iż-żewġ anzjani kienu kuljum jarawha ħierġa u tippassiġġa, u ġiethom kilba għaliha.
9Kienu t-tnejn ta’ qalbhom imħassra, li dawru għajnejhom in-naħa l-oħra biex la jħarsu lejn is-sema u lanqas jiftakru fil-ħaqq u s-sewwa.
10Il-passjoni tagħhom għamiethom it-tnejn, iżda ħbew lil xulxin x’kien qiegħed ikiddhom,
11għaliex stħaw jistqarru li xtaquha toqgħod għalihom.
12Aktar ma kien jgħaddi ż-żmien, aktar kienu jitbellhu biex jarawha.
13Darba wieħed qal lill-ieħor: “Ejja mmorru d-dar, għax sar il-ħin għall-ikel.” Imma meta ħarġu u nfirdu minn xulxin,
14it-tnejn reġgħu lura, u ltaqgħu. Billi kull wieħed minnhom ried ikun jaf l-għala l-ieħor raġa’ lura, kellhom juru lil xulxin il-ġibda ħażina tagħhom. Imbagħad ftiehmu bejniethom li jsibu l-ħin tagħhom biex jaqbduha weħidha.
15Qagħdu mela jistennew waqt tajjeb. Ġara li darba Susanna daħlet bħas-soltu ma’ żewġ xbejbiet biss; kienet is-sħana, u hi xtaqet toqgħod tinħasel fil-ġnien.
16Ħadd ma kien hemmhekk ħlief iż-żewġt ixjuħ jgħassulha bil-moħbi.
17Susanna qalet lix-xbejbiet: “Morru ġibuli ż-żejt u l-fwieħa u sakkru l-bieb tal-ġnien warajkom biex inkun nista’ ninħasel.”
18Dawk marru biex jagħmlu kif qaltilhom; għalqu l-bieb tal-ġnien, u daħlu ġewwa minn bieb ieħor tal-ġenb, biex iġibu kulma ordnatilhom Susanna, bla xejn ma ntebħu biż-żewġt ixjuħ li kienu hemm moħbija.
19Kif iż-żewġ xbejbiet ħarġu, iż-żewġt ixjuħ qamu u ġrew għal ħdejn Susanna u qalulha:
20“Ara, il-bibien tal-ġnien magħluqa, ma hawn ħadd jarana. Aħna mxennqa għalik; għidilna iva u oqgħod għalina.
21Jekk tgħid le, nixhdu kontrik, u ngħidu li kien hawn żagħżugħ miegħek, u kien għalhekk li bgħatt ix-xbejbiet ’il barra.”
22Susanna tniehdet tnehida minn qiegħ qalbha u qalet: “Ninsab magħfusa minn kullimkien! Jekk nagħmel dan, hemm il-mewt għalija; jekk ma nagħmilx hekk, ma neħlisx minn taħt idejkom..”
55Qallu Danjel: “Sewwa! B’din il-gidba tiegħek ġibt il-ħsara fuq rasek stess, għax l-anġlu ta’ Alla diġà għandu l-ordni mingħand Alla biex jiġi jaqsmek minn nofsok!”
56Imbagħad lil dan warrbu u ordna li jġibulu lill-ieħor. Qallu: “Ja nisel il-Kangħanin u mhux mil-Lhud, il-ġmiel għamiek u l-passjoni ħassritlek qalbek!
57Hekk kontu ġġibu ruħkom mal-bniet ta’ Iżrael, u huma kienu jibżgħu minnkom u joqogħdu għalikom. Iżda waħda minn ulied Ġuda ma qagħditx għal ħżunitkom.
58Għidli, mela: x’siġra kienet dik li qbadthom taħtha flimkien?” U hu wieġeb: “Taħt siġra tal-ballut.”
59Qallu Danjel: “Sewwa! Inti wkoll, b’din il-gidba tiegħek ġbidt il-ħsara fuq rasek stess. Hemm l-anġlu ta’ Alla diġà qiegħed jistenna bix-xabla f’idu biex iħanxrek minn nofsok, ħalli b’hekk jeqridkom it-tnejn.”
60Imbagħad il-ġemgħa kollha għajtet b’leħen wieħed u bierku lil Alla li jsalva lil min jittama fih.
61U lkoll daru għaż-żewġt ixjuħ, għax bi kliemhom stess ikkundannaw lilhom infushom bix-xhieda falza li taw,Dt 19,18-21.
62u għamlulhom bħalma huma, bil-ħażen ta’ moħħhom, riedu jagħmlu lil ħaddieħor; u hekk imxew fuq il-Liġi ta’ Mosè u qatluhom. Dak in-nhar demm l-innoċenti kien salvat.
63Ħilkija u martu raddew ħajr lil Alla għal binthom Susanna, u hekk ukoll għamel żewġha Ġojakim u qrabatha kollha, għax ebda għajb ma sabu fiha.
64U minn dak in-nhar ’il quddiem Danjel ħa fama kbira quddiem il-poplu.
Who We AreWhat We EelieveWhat We Do
2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.