1Kristu ħelisna biex ngħixu ta’ nies ħielsa. Żommu sħiħ, u terġgħux tmiddu għonqkom għall-madmad tal-jasar.Il-libertà tan-nisrani
2Araw, jiena, Pawlu, qiegħed ngħidilkom: jekk toqogħdu għaċ-ċirkonċiżjoni, xejn ma jkun jiswielkom Kristu.
3Jiena nistqarr għal darb’oħra quddiem kull min qagħad għaċ-ċirkonċiżjoni, li hu marbut għall-ħarsien tal-Liġi kollha.
4Intom li tfittxu l-ġustifikazzjoni fil-Liġi intom maqtugħa minn Kristu; intom twarrabtu mill-grazzja.
5Imma aħna t-tama tal-ġustifikazzjoni nistennewha bl-Ispirtu permezz tal-fidi.
6Għaliex fi Kristu Ġesù, biċ-ċirkonċiżjoni jew mingħajrha, xejn ma jkun jiswa ħlief biss il-fidi li taħdem permezz tal-imħabba.
7Kontu tiġru sewwa. Min fixkilkom li ma toqogħdux għas-sewwa?
8Din il-persważjoni mhijiex ġejja minn dak li sejħilkom.
Who We AreWhat We EelieveWhat We Do
2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.