1Tliet snin wara waslet l-aħbar għand in-nies ta’ Ġuda li Demetriju bin Selewku niżel fil-port ta’ Tripli b’eżerċtu qawwi u iġfna,
30Il-Makkabi, min-naħa tiegħu, induna li Nikanor kien qiegħed iġib ruħu iebes miegħu u ra li l-manjieri tiegħu fil-laqgħat tas-soltu saru żorri. Billi fehem li din l-imġiba ma kinitx tfisser ġid, ġabar mhux ftit min-nies ta’ madwaru u nħeba minn Nikanor.
31Malli dan induna li kien milgħub mill-għaqal ta’ Ġuda, mar fit-tempju, kbir u qaddis, waqt li l-qassisin kienu qegħdin joffru s-sagrifiċċji tas-soltu u ordnalhom li jagħtuh f’idejh lil dan il-bniedem.
32Ħalfulu u qalulu li ma kinux jafu fejn qiegħed ir-raġel li kien qiegħed ifittex;
33u hu mbagħad għolla idu lejn is-santwarju u ħalef: “Jekk ma tagħtunix ’il Ġuda marbut, inwitti din id-dar ta’ Alla u nħott l-artal, u ntalla’ tempju l-ġmiel tiegħu lil Dijonisju.”
34Kif qalilhom dan telaq. Imbagħad il-qassisin għollew idejhom lejn is-sema u talbu ’l Dak li dejjem deher jitqabad għall-poplu tagħna u bdew jgħidu:
35“Int, Sid li ma għandek bżonn xejn, għoġbok li jkollok tempju u għamara tiegħek fostna.
Who We AreWhat We EelieveWhat We Do
2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.