1Il-Mulej kellem lil Ġożwè u qallu: skont ma għedtilkom permezz ta’ Mosè,
3biex jistkenn fihom il-qattiel li jkun darab lil xi ħadd bi żball u bla ma ried, u jkunu għalikom ta’ kenn mill-vendetta ta’ qarib il-mejjet.
7U għażlu lil Kedes fil-Galilija, fil-muntanji ta’ Naftali; u Sikem fil-muntanji ta’ Efrajm; u Kirjat-arba, jiġifieri Ħebron, fil-muntanji ta’ Ġuda.
9Dawn kienu l-ibliet li ngħataw lil ulied Iżrael kollha u lill-barrani li jkun jgħammar f’nofshom biex fihom jistkenn kull min ikun darab lil xi ħadd bi żball, u hekk ma jmutx b’id min ikollu d-dritt tal-vendetta, sakemm jidher quddiem il-ġemgħa.
Who We AreWhat We EelieveWhat We Do
2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.