1Fis-sena sbatax ta’ Pekaħ bin Remalija, beda jsaltan Aħaż bin Ġotam, sultan ta’ Ġuda.
5Imbagħad Resin, sultan ta’ Aram, u Pekaħ bin Remalija, sultan ta’ Iżrael, telgħu biex jaħbtu għal Ġerusalemm u dawruha; imma lil Aħaż ma setgħux jegħlbuh.
6Dak iż-żmien is-sultan ta’ Edom raġa’ ħa lil Elat għall-Edumin, u keċċa lin-nies ta’ Ġuda minn Elat; u ġew l-Edumin f’Elat u baqgħu jgħammru hemm sal-lum.
7Aħaż bagħat messaġġiera lil Tiglat-pileser, sultan tal-Assirja, jgħidulu: “Jiena l-qaddej tiegħek u ibnek. Itla’, u ejja eħlisni minn id is-sultan ta’ Aram, u minn id is-sultan ta’ Iżrael, għax qamu għalija.”
14U l-artal tal-bronż li kien quddiem il-Mulej neħħieh minn bejn l-artal tiegħu u t-tempju tal-Mulej, u poġġieh ħdejn l-artal fuq in-naħa tat-Tramuntana.
15U s-sultan Aħaż ordna lil Urija, il-qassis, u qallu: “Is-sagrifiċċji tal-ħruq ta’ filgħodu, u l-offerti ta’ filgħaxija, u s-sagrifiċċji tas-sultan u l-offerti tiegħu, u s-sagrifiċċji tal-ħruq tal-poplu u l-offerti tagħhom, u l-libazzjonijiet tagħhom, u d-demm tal-vittmi maħruqa, aħraqhom kollha fuq l-artal il-kbir, u roxx fuqu d-demm kollu tal-vittmi tal-ħruq. L-artal tal-bronż ħallih fi ħsiebi.”.
19U l-bqija tal-ġrajja tas-sultan Aħaż, u kulma għamel, jinsabu miktuba fi Ktieb il-Ġrajja tas-Slaten ta’ Ġuda.2 Kron 28,26-27.
20U Aħaż strieħ ma’ missirijietu, u difnuh ma’ missirijietu fil-belt ta’ David; u daħal isaltan floku Ħeżekija, ibnu.
Who We AreWhat We EelieveWhat We Do
2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.