1“U din hi l-ordni, il-liġijiet u d-digrieti li l-Mulej, Alla tagħkom, ordnali ngħallimkom biex tħarsuhom fl-art li se tidħlu fiha biex teħduha f’idejkom:
4“Isma’, o Iżrael: Alla tagħna l-Mulej, il-Mulej waħdu., b’ruħek kollha u b’saħħtek kollha..
10“Il-Mulej, Alla tiegħek, idaħħlek fl-art li ħalef lil missirijietek, lil Abraham, lil Iżakk, u lil Ġakobb, li jagħtiha lilek, bliet kbar u sbieħ li int ma bnejtx;
16“La ġġarrbux lill-Mulej, Alla tagħkom, bħalma ġarrabtuh f’Massa.
20“Meta ibnek għada pitgħada jistaqsik, u jgħidlek: ‘X’inhuma dawn il-preċetti, il-kmandamenti u d-digrieti li takom il-Mulej, Alla tagħna?’Eż 12,26; 13,14.
21int twieġeb lil ibnek: ‘Konna lsiera tal-Fargħun fl-Eġittu, u ħariġna l-Mulej mill-Eġittu bil-qawwa ta’ idejh.Eż 20,2; 34,11-17; S 106,34-39.
22U l-Mulej għamel quddiem għajnejna sinjali u għeġubijiet kbar bi ħsara għall-Eġittu, għall-Fargħun u daru kollha.
23Lilna ħariġna minn hemm biex iġibna fl-art, u jagħtihielna kif ħalef lil missirijietna.
24Il-Mulej ordnalna li nħarsu dawn il-kmandamenti kollha u li nibżgħu mill-Mulej, Alla tagħna, biex ikollna r-riżq il-jiem kollha ta’ ħajjitna bħalma aħna llum.
25U dan ikun is-sewwa tagħna: li nqisu li nagħmlu din il-liġi kollha quddiem il-Mulej, Alla tagħna, bħalma ordnalna hu.’
Who We AreWhat We EelieveWhat We Do
2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.