1Asa għamel it-tajjeb u s-sewwa f’għajnejn il-Mulej Alla tiegħu.
8U ħareġ għalihom Żeraħ il-Kusi, b’eżerċtu ta’ miljun ruħ u tliet mitt karru; u waslu sa Maresa.
11U l-Mulej għeleb lill-Kusin quddiem Asa u Ġuda; u l-Kusin ħarbu.S 20,7-8; 60,11-12.
12U għamel għal warajhom Asa u n-nies li kellu miegħu sa Gerar; u mill-Kusin tant waqgħu mejta li ma baqgħalhom ħadd ħaj, għax tkissru quddiem il-Mulej u quddiem l-eżerċtu tiegħu. U ħadu priża kbira ħafna.
13U ħarbtu l-ibliet kollha ta’ madwar Gerar, għax waqa’ fuqhom il-biża’ tal-Mulej, u ħatfu kulma kien hemm fl-ibliet, għax fihom kien hemm priża kbira.
14Ħabtu wkoll għall-għerejjex tal-imrieħel, u ħadu ħafna nagħaġ u iġmla. U reġgħu lura lejn Ġerusalemm.
Who We AreWhat We EelieveWhat We Do
2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.