1Ġara li wara dan David ħabat għall-Filistin, għelibhom u ħadilhom minn taħt idejhom Gatt u l-irħula tagħha.
5Aram ta’ Damasku mar jgħin lil Ħadad-għeżer, sultan ta’ Soba: u David ħabat għal Aram u qered minnhom tnejn u għoxrin elf raġel.
6U David ħalla l-għases f’Aram ta’ Damasku; u l-Aramin saru suġġetti għal David u bdew iħallsu l-ħaraġ. U l-Mulej kien jgħin lil David f’kulma kien jidħol għalih.
7U David ħa t-tarkiet tad-deheb li kellhom fuqhom il-qaddejja ta’ Ħadad-għeżer, u ġiebhom f’Ġerusalemm.
8U minn Tibħat u minn Kun, bliet ta’ Ħadad-għeżer, David ħa ħafna bronż. Bih Salamun għamel il-baħar tal-bronż, il-kolonni, u tagħmir ieħor tal-bronż.
9U Togħu, sultan ta’ Ħamat, sar jaf li David kien qered il-forza kollha ta’ Ħadad-għeżer, sultan ta’ Soba.
10U bagħat lil ibnu Ħadoram għand is-sultan David biex iselli għalih u jifraħlu talli ħabat għal Ħadad-għeżer u għelbu; għax Ħadad-għeżer kien miġġieled ma’ Togħu. U bagħatlu tagħmir tad-deheb, fidda u bronż.
11U s-sultan David ikkonsagrahom lill-Mulej flimkien mal-fidda u d-deheb li ħa mingħand il-ġnus kollha, minn Edom, minn Mowab, minn ulied Għammon, u mill-Filistin, u minn Għamalek.
12Abisaj bin Seruja kisser lil Edom f’Wied il-Melħ, tmintax-il elf raġel.
15Ġowab bin Seruja kien jikkmanda l-eżerċtu; u Ġosafat bin Aħilud kien segretarju;
Who We AreWhat We EelieveWhat We Do
2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.