NUMRI 27 - Maltese Bible with DC

Kapitlu 27Il-wirt tan-nisa

1U resqu l-bniet, ulied Selofħad bin Ħefer, bin Gilgħad, bin Makir, bin Manassi mit-tribù ta’ Manassi bin Ġużeppi, u dawn kien jisimhom: Maħla, Nogħa, Ħogla, Milka u Tirsa.. Ħallihom jirtu bħal ħut missierhom; u l-wirt ta’ missierhom għaddih lilhom.

8U kellem lil ulied Iżrael u għidilhom: ‘Meta jmut xi ħadd bla ma jħalli wlied subien, għaddu l-wirt tiegħu lil uliedu bniet.

9U jekk ma jkollux bniet, agħtu wirtu lil ħutu.

10U jekk ma jkollux ħutu, agħtu wirtu lil ħut missieru.

11U jekk missieru ma jkollux ħutu, agħtu wirtu lill-eqreb wieħed li jiġi minnu fil-familja tiegħu, u jirtu hu.’ ” U din tkun il-liġi u d-dritt kif ordna l-Mulej lil Mosè.L-għażla ta’ Ġożwè

12U l-Mulej qal lil Mosè: “Itla’ fuq il-muntanja tal-Għabarin u ħares lejn l-art li se nagħti lil ulied Iżrael., bniedem fuq il-ġemgħa;

18U l-Mulej qal lil Mosè: “Ħu lil Ġożwè bin Nun, bniedem ta’ spirtu, u qiegħed idek fuqu.

19“Imbagħad ġibu quddiem Elgħażar il-qassis, u quddiem il-ġemgħa kollha, u agħtih il-kmand quddiemhom.

20U agħtih sehem mill-awtorità tiegħek, biex tisma’ minnu l-ġemgħa kollha ta’ wlied Iżrael. quddiem il-Mulej; għall-kelma tiegħu joħorġu, u għall-kelma tiegħu jidħlu, hu u l-ulied kollha ta’ Iżrael miegħu, il-ġemgħa kollha.”

22U Mosè għamel kulma ordnalu l-Mulej. U ħa lil Ġożwè u ġiebu quddiem Elgħażar il-qassis, u quddiem il-ġemgħa kollha.

23U qiegħed idejh fuqu u tah il-kmand skont ma qallu l-Mulej permezz ta’ Mosè.

Blog
About Us
Message
Site Map

Who We AreWhat We EelieveWhat We Do

Terms of UsePrivacy Notice

2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.

Home
Gospel
Question
Blog
Help