1Xi xahar wara, Naħas l-Għammoni tala’ u waqqaf il-kamp f’Ġabes-gilgħad, u n-nies kollha ta’ Ġabes qalu lil Naħas: “Agħmel patt magħna u naqduk.”
2U Naħas l-Għammoni weġibhom: “B’din il-kondizzjoni nagħmel patt magħkom. Naqlgħalkom ilkoll għajnkom il-leminija, u dan nagħmlu biex inġib l-għajb fuq Iżrael kollu.”
3U x-xjuħ ta’ Ġabes weġbuh: “Agħtina sebat ijiem żmien biex nibagħtu messaġġiera fl-inħawi kollha ta’ Iżrael, u jekk ma jkun hemm ħadd li jsalvana, aħna nċedulek.”
4U l-messaġġiera ġew f’Gibgħa ta’ Sawl, u tennew dan il-kliem li jismagħhom il-poplu, u l-poplu kollu għollew leħinhom u bdew jibku.
5U ara, Sawl kien ġej lura bil-baqar mill-għalqa u staqsiehom: “X’għandu l-poplu biex qiegħed jibki?” U qalulu x’bagħtu jgħidulhom in-nies ta’ Ġabes.
6U malli sama’ dan il-kliem l-ispirtu ta’ Alla ħataf lil Sawl, u dan saħan u inkorla bis-sħiħ.
12Imbagħad il-poplu qal lil Samwel: “Min qal: ‘Huwa Sawl sa jsaltan fuqna?’ Agħtina ’l dawn in-nies, ħa noqtluhom.”
14U Samwel qal lill-poplu: “Qumu, ħa mmorru f’Gilgal u hemm inwettqu s-saltna.”
15U marru l-poplu kollu f’Gilgal, u pproklamaw hemm lil Sawl sultan quddiem il-Mulej f’Gilgal; u offrew sagrifiċċji tas-sliem; u Sawl u l-poplu kollu ta’ Iżrael ferħu u għamlu festa kbira.
Who We AreWhat We EelieveWhat We Do
2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.