2 KORINTIN 6 - Maltese Bible with DC

Kapitlu 6

1Ladarba qegħdin naħdmu flimkien ma’ Alla, aħna mela nħeġġukom biex ma tirċevux il-grazzja tiegħu għal xejn.

f’jum is-salvazzjoni għentek.”

Araw, issa hu ż-żmien tajjeb; araw, issa hu jum is-salvazzjoni!Pawlu jiftaħ qalbu

3Aħna xejn ma nagħmlu li jista’ jkun ta’ tfixkil lil xi ħadd, biex il-ministeru tagħna ma jaqax fl-għajb.

4F’kollox inqisu ruħna bħala ministri ta’ Alla, bis-sabar kollu fit-tiġrib, fit-tbatija, fid-djieqa,

11Ftaħna fommna għalikom, o Korintin, b’qalbna miftuħa beraħ!

12Għalikom m’hemmx djieq f’qalbna; id-djieq qiegħed f’qalbkom.

13Ħallsuna, qiegħed inkellimkom bħal uliedi, billi tiftħu qalbkom beraħ intom ukoll!Tempju ta’ Alla l-ħaj

14La tintrabtux mal-pagani taħt madmad wieħed li ma jiġikomx. X’għandhom x’jaqsmu bejniethom il-ġustizzja u l-ħażen? X’xirka hemm bejn id-dawl u d-dlam?? Jew x’għandu x’jaqsam min jemmen ma’ min ma jemminx?

16X’rabta hemm bejn it-tempju ta’ Alla mal-idoli? Aħna t-tempju ta’ Alla l-ħaj. Kif jgħid Alla:

Ngħammar f’nofshom u nimxi magħhom.

Inkun Alla tagħhom;

U huma jkunu l-poplu tiegħi.

17 Għalhekk oħorġu minn ġo nofshom,

u nfirdu minnhom, jgħid il-Mulej;

la tmissux l-imniġġes,

u jien nilqagħkom;

18 u nkun għalikom missier

u intom tkunu għalija wlied, subjien u bniet,

jgħid il-Mulej, li jista’ kollox.

Blog
About Us
Message
Site Map

Who We AreWhat We EelieveWhat We Do

Terms of UsePrivacy Notice

2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.

Home
Gospel
Question
Blog
Help