1Meta qatgħuha li kellna nitilqu għall-Italja, ħallew lil Pawlu u ’l xi ħabsin oħra f’idejn ċenturjun tar-riġment tal-imperatur, jismu Ġulju., li kien se jitlaq għall-inħawi tal-Asja, u qlajna ’l barra. Kellna magħna lil Aristarku minn Tessalonika tal-Maċedonja., għax Jum is-Sawm kien ġa għadda. Għalhekk Pawlu wissiehom, u hekk ħallejna l-mewġ iġorrna miegħu.
18L-għada t-tempesta ħabbtitna ħafna, bdew iwaddbu t-tagħbija l-baħar,
19u fit-tielet jum irmew it-tagħmir tal-ġifen b’idejhom stess.
20Għal ħafna jiem la dehret xemx u lanqas kwiekeb; it-tempesta li qabditna ma kinitx ħafifa, hekk li fl-aħħar tlifna kull tama li nsalvaw.
21In-nies kienu ilhom ħafna ma jieħdu xi ħaġa biex jitrejqu; Pawlu waqaf f’nofshom u qalilhom: “Ħbieb, kien imisskom smajtu minni u ma tlaqtux minn Kreta; kontu teħilsu minn din il-ħsara u dan it-telf.
22Imma issa nwissikom biex tagħmlu l-qalb, għax ħadd minnkom mhu se jitlef ħajtu; il-ġifen biss jintilef.
27Meta wasal l-erbatax-il lejl, konna ninsabu mitfugħin ’l hawn u ’l hemm fil-baħar ta’ Adrija. Għall-ħabta ta’ nofs il-lejl il-baħrin ħassew li konna resqin qrib xi art.
28Skandaljaw il-fond tal-baħar, u sabu għoxrin qama; imxejna ftit ieħor ’il quddiem, reġgħu skandaljaw, u sabu ħmistax.
29Huma beżgħu li xi mkien konna se naħbtu ma’ xi skoll, u għalhekk niżżlu erba’ ankri mill-poppa. Ix-xewqa tagħhom kienet li ma jdumx ma jisbaħ.
30Il-baħrin bdew ifittxu li jaħarbu mill-ġifen, u niżżlu dgħajsa l-baħar bħallikieku biex idendlu xi ankri mill-pruwa.
31Iżda Pawlu qal liċ-ċenturjun u lis-suldati: “Jekk dawn ma jibqgħux fuq il-ġifen, intom ma tistgħux issalvaw.”
Who We AreWhat We EelieveWhat We Do
2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.