1“Dakinhar jiġri li tinfetaħ għajn għad-dar ta’ David u għan-nies ta’ Ġerusalemm, biex jindafu mill-ħtijiet u mit-tinġis.
2“U jiġri dakinhar, oraklu tal-Mulej tal-eżerċti, li jiena neqred mill-pajjiż l-isem tal-idoli, hekk li ma jibqax iżjed tifkira tagħhom; u nneħħi wkoll mill-pajjiż il-profeti u l-ispirtu mniġġes. biex ikun jista’ jqarraq,?” hu jwieġeb: ‘Dawn għamluhomli fid-dar ta’ ħbiebi.’ ”L-għanja tas-sejf: il-poplu l-ġdid
7“Qum, sejf, għar-ragħaj tiegħi,
għar-raġel sieħeb tiegħi,”
oraklu tal-Mulej tal-eżerċti.
Olqot ir-ragħaj ħa tixtered il-merħla.
U jien indawwar idi kontra ż-żgħar.
8U jiġri li, fil-pajjiż kollu,
oraklu tal-Mulej,
tnejn minn kull tlieta jinqerdu, imutu,
u jibqa’ wieħed minn kull tlieta,
9U ndaħħal fin-nar lil dan it-tielet,
biex insaffih bħalma jsaffu l-fidda,
u nippruvah bħalma jippruvaw id-deheb.
Hu jsejjaħ ismi,
u jien inwieġbu,
u ngħid: ‘Dan il-poplu tiegħi’,
u hu jgħid: ‘Il-Mulej hu Alla tiegħi.’ ”
Who We AreWhat We EelieveWhat We Do
2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.