1Dawn huma l-ismijiet ta’ wlied Iżrael li ġew l-Eġittu ma’ Ġakobb, kull wieħed bil-familja tiegħu:
8U laħaq sultan ġdid fl-Eġittu, li ma kienx jaf lil Ġużeppi,L-ordni tal-Fargħun lill-qwiebel
15Is-sultan tal-Eġittu sejjaħ lill-qwiebel Għebrej, waħda jisimha Sifra u l-oħra Pugħa, u qalilhom:
16“Meta twelldu lin-nisa Għebrej, ħarsu u araw xi tkun it-tarbija; jekk ikun tifel oqtluh, jekk tkun tifla ħalluha tgħix.”
17Il-qwiebel beżgħu minn Alla, u ma għamlux kif qalilhom is-sultan tal-Eġittu, imma ħallew is-subien ħajjin.
18Għalhekk is-sultan tal-Eġittu sejjaħ lill-qwiebel u staqsiehom: “Għala għamiltu hekk, u ħallejtu lis-subien ħajjin?”
19U l-qwiebel wieġbu lill-Fargħun: “In-nisa Għebrej mhumiex bħan-nisa Eġizzjani; billi huma b’saħħithom ikunu ħelsu qabel ma tasal għandhom il-qabla.”
20Għalhekk Alla għamel il-ġid mal-qwiebel. U l-poplu baqa’ joktor u jissaħħaħ ħafna.
21U Alla ta familji lill-qwiebel talli beżgħu minnu.
22Il-Fargħun imbagħad ordna lin-nies kollha tiegħu, u qalilhom: “Ixħtu fix-xmara s-subien li jitwieldu u ħallu l-bniet kollha jgħixu.”
Who We AreWhat We EelieveWhat We Do
2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.