ĠONA 3 - Maltese Bible with DC

Kapitlu 3In-nies ta’ Ninwè jindmu u Alla jaħfrilhom

1U l-kelma tal-Mulej għat-tieni darba waslet lil Ġona u qallu:

2“Qum, mur f’Ninwè, il-belt il-kbira, u xandrilha li ngħidlek jien.”

3U Ġona qam u mar f’Ninwè kif qallu l-Mulej. Issa Ninwè kienet belt kbira għall-aħħar, trid tlitt ijiem biex timxiha.

4Ġona, kif daħal il-belt, beda ġurnata mixi, ixandar u jgħid: “Erbgħin jum ieħor, u Ninwè ssir ħerba!”

5In-nies ta’ Ninwè emmnu f’Alla, nedew sawma u libsu x-xkejjer, mill-kbir saż-żgħir.

7U ħarġu jxandru u jgħidu f’Ninwè: “B’digriet tas-sultan u tal-kbarat tiegħu: La nies, la annimali, la bhejjem u lanqas merħliet, ħadd m’għandu jduq xejn, u la jirgħu u lanqas jixorbu ilma.

8U jinksew bi xkejjer, kemm il-bnedmin u kemm l-annimali jgħajtu b’qawwa lejn Alla, u kull wieħed jerġa’ lura minn triqtu l-ħażina u mill-ħsara li għamel b’idejh.

Blog
About Us
Message
Site Map

Who We AreWhat We EelieveWhat We Do

Terms of UsePrivacy Notice

2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.

Home
Gospel
Question
Blog
Help