1Il-kelma tal-Mulej li ġiet lil Hosegħa bin Beri, fi żmien Għużżija, Ġotam, Aħaż u Ħeżekija, slaten ta’ Ġuda, u fi żmien Ġerobogħam bin Ġowas, sultan ta’ Iżrael.
2Meta fil-bidu l-Mulej tkellem permezz ta’ Hosegħa, qallu: “Mur, ħu b’martek mara żienja, ħa jkollok ulied iż-żina, għax l-art żniet billi twarrbu mill-Mulej.”
3U mar u ħa b’martu lil Gomer bint Diblajm, u tqalet u wilditlu tifel.
4U l-Mulej qallu: “Semmih Ġeżragħel, għaliex ftit ieħor, u jien nitħallas għad-demm ta’ Ġeżragħel minn dar Ġeħu, u ntemm is-saltna ta’ dar Iżrael:, għaliex m’iniex se nħobb aktar id-dar ta’ Iżrael, m’iniex se naħfrilhom aktar.
7Imma nħobb id-dar ta’ Ġuda, u nsalvahom bil-Mulej Alla tagħhom, u mhux bil-qaws, jew bis-sejf, jew bil-lanza, jew biż-żiemel, jew bir-rikkieba.
8U fatmet ’il dik li kien jisimha Lo-ruħama u reġgħet tqalet, u wildet tifel.
9U qal il-Mulej: “Semmih Lo-għammi, għax intom m’intomx il-poplu tiegħi u jiena m’iniex Alla tagħkom.
Who We AreWhat We EelieveWhat We Do
2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.