LHUD 3 - Maltese Bible with DC

Kapitlu 3Ġesù akbar minn Mosè

1Għalhekk, l-aħwa qaddisin, li għandkom sehem fis-sejħa tas-sema, aħsbu f’Ġesù, l-appostlu u l-qassis il-kbir li aħna nistqarru..Il-mistrieħ tal-poplu ta’ Alla

7Għalhekk, kif jgħid l-Ispirtu s-Santu:

“Jekk illum tisimgħu leħnu,

8 la twebbsux qalbkom bħal f’jum l-irvell,

jum it-tiġrib fid-deżert,

9 fejn ġarrbuni missirijietkom biex jippruvawni,

u raw kulma għamilt jien

10tul erbgħin sena.

Għalhekk jien stmerrejtha lil din il-ġenerazzjoni

u għedt: ‘Dawn dejjem mitlufin f’qalbhom;

huma ma għarfux triqati.’

11 Hekk ħlift waqt il-korla tiegħi:

Ma jidħlux fil-mistrieħ tiegħi.”

12L-aħwa, araw li f’ebda wieħed minnkom ma jkun hemm qalb imħassra bin-nuqqas ta’ twemmin li jwassal għall-firda minn Alla l-ħaj.

13Imma agħmlu l-qalb lil xulxin kull jum, sakemm inkunu għadna nistgħu ngħidu “illum”, biex ħadd minnkom ma jiġġarraf mid-dnub u jwebbes qalbu.

14Għax aħna għandna sehem fi Kristu, jekk inżommu sħiħa sal-aħħar it-tama li kellna fil-bidu.

la twebbsux qalbkom bħal f’jum l-irvell.”

16U min huma dawk li semgħu u qamu kontrih? Mhux dawk kollha li ħarġu mill-Eġittu bis-saħħa ta’ Mosè?Num 14,1-35.

17U lil min stmerr għal erbgħin sena? Mhux lil dawk li dinbu, u li l-iġsma tagħhom waqgħu mejta fid-deżert?Num 14,29; 1 Kor 10,10.

18U għal min ħalef li ma jidħlux fil-mistrieħ tiegħu, jekk mhux għal dawk li ma ridux jisimgħu?Num 14,22-23; S 95,11; Lhud 3,11.

19Hekk naraw li huma ma setgħux jidħlu minħabba fin-nuqqas ta’ twemmin tagħhom.

Blog
About Us
Message
Site Map

Who We AreWhat We EelieveWhat We Do

Terms of UsePrivacy Notice

2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.

Home
Gospel
Question
Blog
Help