1U jien fl-ewwel sena tas-sultan Dariju tal-Medja kont wieqaf biex ngħinu u nagħmillu l-qalb.
Alessandru l-Kbir (356-323 QK) u l-Persja2“Issa ħalli ngħidlek il-verità. Ara, iqumu tliet slaten oħra fil-Persja; imbagħad jiġi ieħor, ir-raba’ wieħed, li jkun għani aktar minnhom ilkoll. Dan, wara li jkun tqawwa bl-għana tiegħu, jibda jxewwex lil kulħadd għas-saltna tal-Greċja.
3Imma jqum sultan qawwi li jħaddem ħakma kbira u jibda jagħmel li jfettillu.
4Iżda meta jkun waqqaf is-saltna, is-saltna tiegħu tisfaxxa u tinqasam lejn l-erbat irjieħ tas-sema; mhux uliedu jeħduha warajh, anqas ma tkun maħkuma kif ikun ħakimha hu, għax saltnatu tittieħed minn idejn uliedu u tingħata lil oħrajn.
Gwerer bejn is-slaten tas-Sirja u s-slaten tal-Eġittu (312-163 QK)5“Is-sultan tan-Nofsinhar jitqawwa, imma wieħed mill-prinċpijiet tiegħu jsir aqwa minnu u jagħmel il-ħakma tiegħu ħakma kbira.
6Wara xi snin, dawn it-tnejn jagħmlu għaqda bejniethom; bint is-sultan tan-Nofsinhar tmur għand is-sultan tat-Tramuntana biex iseħħ il-ftehim, iżda hi ma jkollhiex ħila żżomm setgħetha. Is-sultan ma jibqax ħaj, anqas nislu, u hi tkun mogħtija għall-mewt, flimkien ma’ dawk li jkunu wassluha, ma’ binha u ma’ dak li jkun żamm magħha.
7Biż-żmien, minn għeruqha tqum rimja flok is-sultan, jiġi kontra l-eżerċtu, jidħol fil-fortizza tas-sultan tat-Tramuntana, u jġib ruħu bl-iebes magħhom u jirbaħ.
8L-allat u l-idoli tagħhom iġorrhom lejn l-Eġittu bħala priża, flimkien mat-tagħmir prezzjuż tagħhom tal-fidda u d-deheb, u mbagħad għal xi snin ma jeħodhiex kontra s-sultan tat-Tramuntana.
9Imbagħad dan imur fis-saltna tas-sultan tan-Nofsinhar u jerġa’ lura f’pajjiżu.
10Uliedu jixxewxu, jiġbru eżerċtu kbir u kotran, u, bħal mewġa qawwija li ġġorr kollox quddiemha u tibqa’ għaddejja, huwa jerġa’ jiġi biex għal darba oħra jqanqal taqbida sal-fortizza tiegħu.
11Is-sultan tan-Nofsinhar jimtela bil-qilla u joħroġ jitqabad mas-sultan tat-Tramuntana, li jmur jiqaflu b’kotra kbira, iżda din il-kotra taqa’ taħt idejh.
12U, wara li jkun ġarr din il-kotra miegħu, jibda jitkabbar bih innifsu, u jixħet mal-art eluf ta’ eluf; iżda, minkejja dan kollu, huwa ma jissaħħaħx.
13Imbagħad is-sultan tat-Tramuntana jerġa’ jiġbor kotra akbar minn qabel, u wara li jgħaddu xi snin jiġi b’eżerċtu kbir u mgħammar tajjeb ħafna.
14F’dak iż-żmien ikun hemm ħafna li jqumu kontra s-sultan tan-Nofsinhar, u fost il-poplu tiegħek ukoll ikun hemm dawk li jitfixklu biex isseħħ id-dehra, u dawn jaqgħu. biex forsi jeqridlu s-saltna, iżda ma jasalx u ma jirnexxilux.
18Wara dan huwa jdur għall-gżejjer, u ħafna minnhom jeħodhom taħt idejh; iżda jkun hemm prinċep li jrażżanlu l-wiċċ sfiq tiegħu, mhux biss, imma wkoll ipattilu għall-imġiba tiegħu.
19Imbagħad ikun irid jerġa’ lura lejn il-fortizzi ta’ pajjiżu, imma jaqa’ mifni fit-triq u ħadd iżjed ma jsibu.
20Imbagħad iqum minfloku wieħed, li jibgħat uffiċjal tat-taxxi fil-post glorjuż tas-saltna, imma wara ftit ġranet joqtluh; u mhux f’xi saltna jew fi gwerra.
Il-persekuzzjoni ta’ Antijoku IV Epifani (175-163 QK)21“Minfloku jqum wieħed, raġel ta’ min imaqdru, li, għalkemm ma tkunx ingħatatlu l-glorja ta’ sultan, jindiehes inkiss inkiss u jaħtaf is-saltna bl-ipokrisija tiegħu.
22L-eżerċti jieħdu tkaxkira kbira u jitfarrku quddiemu, u hekk ukoll jiġrilu l-prinċep tal-patt.
23Huwa jqarraq b’dawk li jissieħbu miegħu, u jikber u jissaħħaħ minkejja li jkollu miegħu ftit nies biss.
24Minn taħt il-taħt jiddeffes fl-inħawi l-iżjed għonja tal-pajjiż u jagħmel ħwejjeġ li la missirijietu u lanqas ta’ qabilhom ma jkunu qatt għamlu: ixerred fosthom prejjeż, ħtif u ġid, u għal xi żmien iħejji ruħu għall-fortizza.
25Huwa jagħmel ħiltu u jqawwi qalbu, u b’eżerċtu kbir imur jeħodha kontra s-sultan tan-Nofsinhar. Dan ilesti għall-gwerra b’eżerċtu kbir u qawwi ħafna, iżda ma jagħmel xejn minħabba t-tnassis li jagħmlu kontrih
26dawk stess li jkunu jieklu mill-ikel bnin tiegħu. Dawn ikunu t-telfa tiegħu, l-eżerċtu tiegħu jieħu tkaxkira, u ħafna jaqgħu mejta.
27Iż-żewġ slaten, b’moħħhom ifassal il-ħażen, jgħidu kliem b’ieħor saħansitra waqt li jkunu fuq mejda waħda, imma ma jaslu mkien, għax ikun għadu mhuwiex il-waqt.
28U jerġa’ lura lejn pajjiżu b’ġid kbir, kollu thewdin kontra l-patt imqaddes, iħabrek u jerġa’ jmur f’pajjiżu.
29Għal darb’oħra, meta jasal il-waqt imur lejn in-Nofsinhar, imma din il-mawra tiegħu tal-aħħar ma tkunx bħal ta’ qabel,
30għax jiġu għalih l-iġfna ta’ Kittin, u hu jaqta’ qalbu u jerġa’ lura. Mixgħul bil-korla jaħdem kontra l-patt imqaddes, u mill-ġdid iżomm fi ħsiebu lil dawk li jkunu nfirdu mill-patt imqaddes.; huwa jqim lil dak l-alla li missirijietu ma kinux jafu bih, u joffrilu deheb u fidda, ħaġar prezzjuż u ħwejjeġ oħra ta’ siwi kbir.
39Għall-ħarsien tal-fortizzi jagħżel poplu ta’ alla barrani, jimla bil-ġieħ lil dawk li jqimu lil dan alla, jagħtihom is-setgħa fuq ħafna u jqassmilhom l-art bħala ħlas.
It-tmiem ta’ Antijoku IV Epifani (163 QK)40“Fiż-żmien tal-aħħar is-sultan tan-Nofsinhar jaħbat għalih, imma s-sultan tat-Tramuntana joħroġ b’saħna għal fuqu bil-karrijiet u r-rikkieba tiegħu u b’kotra ta’ iġfna, u jidħol f’artijiet bħal mewġa li ġġorr kollox hija u għaddejja;
41jidħol f’art il-ġmiel, u n-nies jaqgħu bl-eluf ta’ eluf. Minn taħt idejh jeħilsu dawn: Edom, Mowab, u l-aħjar parti ta’ wlied Għammon.
42Imidd idu fuq l-artijiet, u anqas l-art tal-Eġittu ma teħlisha.
43Iġib taħt setegħtu t-teżori tad-deheb u tal-fidda u kull ħaġa prezzjuża tal-Eġittu; lill-popli tal-Libja u tal-Etjopja jkarkarhom warajh.
44Iżda x-xnigħat li jaslulu mil-Lvant u t-Tramuntana jaħsduh, u b’saħna ta’ korla jitlaq ħalli jeqred qerda lil ħafna.
45Itella’ t-tined irjali tiegħu fil-wita bejn il-baħar u l-muntanja glorjuża u qaddisa, imma jasal fi tmiemu u ma jsib għajnuna ta’ ħadd.”
Who We AreWhat We EelieveWhat We Do
2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.