1U David tala’ minn hemm u mar fl-irdumijiet ta’ Għajn-geddi.David fl-għar ta’ Għajn-geddi
2U ġara li meta Sawl raġa’ lura minn wara l-Filistin għarrfuh u qalulu: “Ara, David qiegħed fix-xagħri ta’ Għajn-geddi.”
3Sawl ħa tlitt elef raġel magħżula minn fost Iżrael kollu, u mar ifittex lil David u n-nies tiegħu fuq in-naħa tal-Lvant ta’ Blat il-Mogħoż Selvaġġi.
4U wasal ħdejn l-imqawel tal-imrieħel fuq it-triq; kien hemm għar, u Sawl daħal fih biex jaqdi l-bżonnijiet tiegħu; u David u n-nies tiegħu kienu qegħdin ’il ġewwa nett tal-għar.
17Meta David temm dan il-kliem, Sawl wieġeb: “Dan huwa leħnek, David, ibni?” U Sawl għolla leħnu u beka.
18U ssokta jgħid lil David: “Int bniedem sewwa aktar minni, għax int għamilt il-ġid miegħi u jien għamiltlek id-deni.
19Imma llum int għamilt ġid akbar miegħi, għaliex il-Mulej erħieni f’idejk u int ma qtiltnix.
20Kif jista’ jkun li wieħed ifittex l-għadu tiegħu, u mbagħad iħallih għaddej għal triqtu bis-sliem? Il-Mulej jimliek bil-ġid u r-riżq għal li għamilt miegħi llum.
21Illum għaraft li inti żgur issaltan, u f’idejk is-saltna ta’ Iżrael tkun fis-sod.1 Sam 26,25.
22Għalhekk aħlifli bil-Mulej li ma tqaċċatx lil nisli li jiġi warajja, u li ma teqridx ismi minn dar missieri.”2 Sam 9,1-3.
23U David ħalef lil Sawl. U Sawl telaq lejn daru; u David bin-nies tiegħu telqu lejn il-fortizza.
Who We AreWhat We EelieveWhat We Do
2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.