ISAIJA 31 - Maltese Bible with DC

Kapitlu 31Ix-xejn tal-Eġittu

1Ħażin għalihom dawk li jinżlu l-Eġittu għall-għajnuna,

għal dawk li jittamaw fiż-żwiemel;

il-fiduċja tagħhom fil-kotra tal-karrijiet,

u l-qawwa u s-saħħa tar-rikkieba,

imma ma jittamawx fil-Qaddis ta’ Iżrael,

u l-Mulej ma jfittxuhx.

2Imma hu wkoll għaref u jaf iġib id-deni,

u kliemu ma jreġġgħux lura.

Hu jqum kontra dar il-ħżiena,

u kontra min jgħin għemil il-ħażen.

3L-Eġizzjani bnedmin huma, mhumiex Alla,

u ż-żwiemel tagħhom laħam, u mhux ruħ.

Meta l-Mulej imidd idu,

jogħtor min jgħin,

u jaqa’ l-megħjun,

u lkoll flimkien jintemmu.

4Għax dan qalli l-Mulej:

“Bħalma jgħajjat fuq il-priża l-iljun u ferħ l-iljun,

u tinġama’ kontrih il-qatgħa tar-rgħajja,

imma hu ma jibżax mill-għajjat tagħhom,

u anqas jintreħa quddiem il-kotra tagħhom,

hekk jinżel il-Mulej tal-eżerċti,

biex jitqabad fuq il-muntanja ta’ Sijon

u l-għolja tagħha.

5Bħall-għasafar jittajru,

hekk il-Mulej tal-eżerċti

iħares ’il Ġerusalemm,

ikenninha u jħarisha, jaħfrilha u jeħlisha.

6Erġgħu lura għal għand dak li minnu tbegħedtu sewwa,

o wlied Iżrael!

8“U taqa’ l-Assirja b’xabla mhux ta’ bniedem;

u xabla mhux ta’ bniedem tikolha.

Jekk taħrab minn quddiem ix-xabla,

iż-żgħażagħ tagħha jispiċċaw ilsiera.

9Il-fortizza tagħha ddub bil-biża’

u l-fizzjali tagħha mbeżżgħa jħallu l-istendardi.”

Dan hu l-oraklu tal-Mulej,

li għandu n-nar fuq Sijon,

u l-forġa f’Ġerusalemm.

Blog
About Us
Message
Site Map

Who We AreWhat We EelieveWhat We Do

Terms of UsePrivacy Notice

2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.

Home
Gospel
Question
Blog
Help