ĠOŻWÈ 9 - Maltese Bible with DC

Kapitlu 9Ir-rebħa ta’ Kangħan tan-Nofsinhar; l-ingann tal-Gibgħonin

1Malli semgħu b’dan is-slaten tan-naħa l-oħra tal-Ġordan, dawk li kienu jgħammru fil-muntanji u fis-Sefela, u fix-xtut tal-Baħar il-Kbir sa biswit il-Libanu, il-Ħittin, l-Amurrin, il-Kangħanin, il-Periżżin, il-Ħiwwin u l-Ġebusin,: “Għandu mnejn intom tgħammru f’nofsna, u kif nistgħu nagħmlu patt magħkom?”

8U huma wieġbu lil Ġożwè: “Aħna qaddejja tiegħek.” U Ġożwè staqsiehom: “Min intom, u mnejn ġejjin?”

9U qalulu: “Aħna qaddejja tiegħek ġejjin minn art imbiegħda ħafna, u ġejna minħabba l-fama tal-Mulej, Alla tiegħek, għax smajna b’kulma għamel fl-Eġittu;

16Tlitt ijiem wara li għamlu l-patt magħhom, semgħu li dawn kienu ġirien tagħhom u kienu joqogħdu f’nofshom.

17Għalhekk ulied Iżrael telqu u fi tlitt ijiem waslu fi bliethom, li kienu: Gibgħon, Kefira, Birot, Kirjat-ġegħarim.

18U wlied Iżrael ma qerduhomx, għaliex il-kapijiet tal-poplu kienu ħalfulhom bil-Mulej, Alla ta’ Iżrael.

Iżda l-ġemgħa kollha gergret għalihom:

19u l-kapijiet kollha wieġbu lill-ġemgħa: “Aħna ħlifnielhom bil-Mulej, Alla ta’ Iżrael, u issa ma nistgħux immissuhom.

20Ara x’nagħmlu: inħalluhom jgħixu biex ma taqax fuqna l-korla ta’ Alla, minħabba l-ħalfa li ħlifnielhom.

21Ħa jibqgħu ħajjin, imma nġagħluhom jaqtgħu l-ħatab u jġorru l-ilma għall-poplu kollu.” Il-poplu qabel li jagħmlu kif qalulhom il-kapijiet.

22Imbagħad Ġożwè sejħilhom, kellimhom u qalilhom: “Għaliex dħaktu bina u għedtulna: ‘Aħna ġejjin mill-bogħod ħafna minnkom, meta intom tgħammru fostna?’

23Issa misħutin intom, ma jonqos qatt minn fostkom l-ilsir, u min jaqta’ l-ħatab u jġorr l-ilma għad-dar ta’ Alla tiegħi.”

24U huma wieġbu lil Ġożwè: “Lill-qaddejja tiegħek qalulhom x’kien ordna l-Mulej lil Mosè, il-qaddej tiegħu, li kellu jagħtikom l-art kollha, u li jeqred minn quddiemkom in-nies kollha li jgħammru fiha; u aħna bżajna ħafna għal ħajjitna u għamilna li għamilna.

Blog
About Us
Message
Site Map

Who We AreWhat We EelieveWhat We Do

Terms of UsePrivacy Notice

2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.

Home
Gospel
Question
Blog
Help