APOKALISSI 8 - Maltese Bible with DC

Kapitlu 8Is-seba’ siġill: it-talb tal-qaddisin

1U meta l-Ħaruf fetaħ is-seba’ siġill, fis-sema waqa’ skiet għal madwar nofs siegħa.

2Imbagħad rajt illi lis-seba’ anġli li qegħdin quddiem Alla ngħatawlhom seba’ trombi.

3U ġie anġlu ieħor, b’ċensier tad-deheb, u qagħad ħdejn artal; u tawh ħafna inċens biex joffrih mat-talb tal-qaddisin kollha fuq l-artal tad-deheb ta’ quddiem it-tron.L-ewwel erba’ trombi

6Imbagħad is-seba’ anġli li kellhom is-seba’ trombi tħejjew biex idoqquhom.

7U daqq it-tromba l-ewwel wieħed. U fuq l-art beda nieżel silġ u nar b’taħlita ta’ dmija, u nħarqet waħda minn kull tlieta tal-art, inħarqet waħda minn kull tlieta tas-siġar, u nħarqet il-ħdura kollha tal-ħxejjex.

8It-tieni anġlu daqq it-tromba. U waqgħet ġol-baħar bħal muntanja kbira ta’ nar iħeġġeġ, u waħda minn kull tlieta tal-baħar saret demm,”. U waħda minn kull tlieta tal-ilmijiet saret imrar tal-għaġeb, u, billi l-ilmijiet imraru, mietu bihom ħafna nies.

12U r-raba’ anġlu daqq it-tromba. U waqgħet waħda minn tlieta tax-xemx u waħda minn tlieta tal-qamar, u wkoll kewkba minn kull tlieta, hekk li waħda minn kull tlieta minnhom iddallmet; id-dawl ma deherx aktar f’waħda minn tlieta tal-ħin ta’ binhar, u hekk ukoll ġralu l-lejl.

13Imbagħad ħarist, u smajt leħen qawwi ta’ ajkla tittajjar fl-għoli tas-sema u tgħajjat: “Jaħasra, jaħasra, u ħasra għalihom dawk li jgħammru fl-art meta jinstemgħu l-bqija tat-trombi li se jdoqqu t-tliet anġli l-oħra!”

Blog
About Us
Message
Site Map

Who We AreWhat We EelieveWhat We Do

Terms of UsePrivacy Notice

2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.

Home
Gospel
Question
Blog
Help