NEĦEMIJA Ħarsa ħafifa lejn il-ktieb - Maltese Bible with DC

Ħarsa ħafifa lejn il-ktiebTnax-il sena wara li seħħew il-ġrajjiet li naqraw fi tmiem il-Ktieb ta’ Esdra, insibu li Neħemija, kuppier tas-sultan Artasersi fil-Persja, jaslulu aħbarijiet koroh dwar il-belt ta’ Ġerusalemm. Kienu aħbarijiet li sewdulu qalbu tassew u ġegħluh jitlob bil-qalb lil Alla ta’ missirijietu biex iqanqal qalb is-sultan ħalli jibagħtu jibni s-swar tal-belt ta’ Ġerusalemm.It-talba ħerqana tiegħu waslet u l-Mulej tah il-grazzja li s-sultan mhux biss jibagħtu jibni l-belt, talli jipprovdilu wkoll il-materjal li kellu bżonn. Mal-wasla tiegħu f’Ġerusalemm, Neħemija, b’għaqal kbir, daħal b’ruħu u ġismu għall-ħidma tat-tiswija tas-swar tal-belt.Malajr sab xi jfixklu, għax uffiċjali minn pajjiżi madwarhom bdew jinsultaw lil-Lhud u jakkużawhom li riedu jeħduha kontra l-Persja. Għamlu minn kollox biex jaqbdu lil Neħemija fin-nassa tagħhom u joqtluh, imma ma rnexxilhomx. Mhux talli ma ħarbtulux il-ħidma tiegħu, talli fi żmien qasir, is-swar tal-belt kienu lesti u ġew iddedikati lil Alla, li ma ħalla qatt lill-poplu tiegħu.Neħemija għaraf tajjeb li Alla jibqa’ dejjem qrib tal-poplu tiegħu sakemm huma jobduh. F’waħda mit-talbiet tiegħu jgħid hekk:Mulej, Alla tas-smewwiet, Int Alla kbir u tal-biża’, Int iżżomm il-patt u turi ħniena ma’ dawk li jħobbuk u jħarsu l-preċetti tiegħek (1,5).It-taqsim tal-ktiebNeħemija jirritorna Ġerusalemm (1,1—2,20)Jinbnew is-swar ta’ Ġerusalemm (3,1—7,73)Esdra jaqra l-Liġi u l-poplu jġedded il-Patt (8,1—10,39)Ħidma oħra ta’ Neħemija (11,1—13,31)
Blog
About Us
Message
Site Map

Who We AreWhat We EelieveWhat We Do

Terms of UsePrivacy Notice

2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.

Home
Gospel
Question
Blog
Help