1“Minħabba dnubietkom li għamiltu kontra Alla, se jeħodkom Nabukodonosor, is-sultan ta’ Babilonja, ilsiera f’Babilonja..
10Dawn l-allat tal-fidda tad-deheb u tal-għuda jżejnuhom ukoll b’ilbies bħallikieku nies; imma huma ma għandhomx ħila jeħilsu mis-sadid u s-susa.
11Huma mlibbsin bil-porpra, imma jeħtieġ li jfarfrulhom wiċċhom mill-ħafna għabra tat-tempju, li taqa’ fuqhom bil-kotra.
12Bħallikieku gvernatur ta’ xi provinċja, l-alla għandu x-xettru imma m’għandux ħila joqtol lil min joffendih.
13Ieħor iżomm f’idejh is-sejf u l-mannara, iżda ma jistax jeħles lilu nnifsu mill-gwerra u lanqas mill-ħallelin.
14Minn dan jidher li mhumiex allat: mela la tibżgħux minnhom!
15Bħal meta xi biċċa tagħmir ta’ xi ħadd titkisser u ma tkun tiswa għal xejn, hekk l-allat tagħhom imwaqqfa fit-tempju.
16Għajnejhom mimlija għabra tas-saqajn tan-nies dieħla u ħierġa.
17U bħalma lil xi ħadd li jkun ħati kontra s-sultan u jkun se jagħtuh il-mewt isakkrulu l-bibien warajh minn kull naħa tal-btieħi, hekk il-qassisin isaħħu t-tempji tagħhom b’bibien kbar, serraturi u staneg, biex dawn l-allat tagħhom ma jisirquhomx il-ħallelin.
18Jixegħlu msiebaħ għalihom aktar milli għalihom infushom, imma l-allat ma jistgħu jaraw xejn.
19Huma bħat-travi ta’ tempju, li skont ma jgħidu jittieklu minn ġewwa; id-dud tiela’ mill-art jiekol lilhom u lbieshom u huma ma jħossu xejn.
20Wiċċhom jiswied bid-duħħan tat-tempju.
21Fuq ġisimhom u fuq rashom jittajru l-friefet il-lejl, il-ħuttaf, u l-għasafar tal-bejt; u hekk ukoll il-qtates jgħaddu minn fuqhom.
22Minn dan jidher li mhumiex allat: mela la tibżgħux minnhom!
23Minkejja d-deheb li jiksihom biex isebbaħhom, ma jleqqux, jekk ħadd ma jnaddafhom mis-sadid; u lanqas ħassew xejn meta dewbuhom.
24B’kull prezz jinxtraw, u ma fihomx nifs.
25Billi m’għandhomx riġlejn, iġorruhom fuq l-ispallejn, u hemm juru l-għajb tagħhom lin-nies; u dawk stess li jqimuhom jistħu, għax, jekk xi wieħed jaqa’ fl-art, waħdu ma jqum qatt;; lanqas jistgħu jlaħħqu jew ineħħu xi sultan. u jitolbuh li jagħtih il-kliem, bħallikieku dan jista’ jifhimhom.
41Huma stess ma jistgħux jintebħu b’dan, u jitilquhom, għax m’għandhomx moħħ.
42In-nisa, imbagħad, imħażżma bir-rumnell, joqogħdu bilqiegħda fit-triq jaħarqu n-nuħħala flok l-inċens.?
57La mill-ħallelin u lanqas mill-briganti, ma jistgħu jeħilsuha dawn l-allat tal-għuda, miksija bid-deheb u l-fidda. U għax jifilħu aktar minnhom jeħdulhom id-deheb, il-fidda u l-ilbies ta’ fuqhom u jitilqu bihom; lanqas biss jistgħu jgħinu lilhom infushom.
58Aħjar sultan li juri ħiltu jew xi għamara meħtieġa fid-dar, li biha jinqeda min għamilha, minn dawn l-allat foloz. Aħjar il-bieb tad-dar li jħares kulma hemm fiha, minn dawn l-allat foloz; jew kolonna tal-injam fil-palazz ta’ xi sultan minn dawn l-allat foloz.Għerf 13,10-15; 15,7-8.
59Ix-xemx, il-qamar u l-kwiekeb, li jiddu u qegħdin hemm għall-ħtieġa, jobdu.
60Hekk ukoll il-berqa sabiħa meta tleħħ, u r-riħ jonfoħ mal-art kollha.
61U s-sħab ukoll, meta Alla jikkmandah, jiġġerra mad-dinja kollha, joqgħod għall-ordni; imqar in-nar mibgħut mill-għoli biex jaħraq il-muntanji u l-foresti, jagħmel li jkun ikkmandat.
62Imma dawn l-allat ma jixbhuhomx, la fil-ġmiel u lanqas fil-qawwa.
63Għalhekk kif wieħed jista’ jemmen, jew jgħid, li dawn huma allat, meta dawn ma jistgħux, u la jaqtgħu kawżi, u lanqas jagħmlu l-ġid lill-bnedmin?
64La darba tafu li mhumiex allat: mela la tibżgħux minnhom!
65U lis-slaten la jistgħu jisħtuhom u lanqas iberkuhom.
66Sinjali fis-sema ma jurux lill-ġnus, u la jiddu bħax-xemx, u lanqas idawlu bħall-qamar.
67Il-bhejjem aħjar minnhom, għax jistgħu jaħarbu f’moħba u jaħsbu għal rashom.
68Bl-ebda mod, mela, ma jidhrilna ċar li huma allat: mela la tibżgħux minnhom!
69Bħal raġel tat-tiben f’għalqa ħjar, ma jgħasses xejn; hekk huma dawn l-allat tagħhom tal-għuda, miksija bid-deheb u l-fidda.
70Bl-istess mod, bħal siġra tax-xewk fi ġnien li fuqha jistrieħ kull xorta ta’ għasfur, huma dawn l-allat tal-għuda, miksija bid-deheb u l-fidda; jonkella bħal ġisem mejjet mixħut fid-dlam.
71Mill-porpra u mill-għażel fin immermra fuqhom tistgħu tagħrfu li mhumiex allat; huma wkoll fl-aħħar mill-aħħar għad jissewsu u jsiru għajb fil-pajjiż.
72Kemm hu aħjar il-bniedem ġust, li ma għandux idoli, u jibqa’ ’l bogħod mill-għajb!”
Who We AreWhat We EelieveWhat We Do
2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.