ĠOŻWÈ 12 - Maltese Bible with DC

Kapitlu 12Is-slaten mirbuħa minn Mosè

1Dawn huma s-slaten tal-art li rebħuhom ulied Iżrael u wirtu arthom in-naħa l-oħra tal-Ġordan, lejn tlugħ ix-xemx, mix-xmara Arnon sal-muntanja tal-Ħermon,Is-slaten mirbuħa minn Ġożwè

7Din hi l-lista tas-slaten tal-art li rebaħ Ġożwè u wlied Iżrael in-naħa l-oħra tal-Ġordan fuq il-Punent, minn Bagħal-gad fil-wied tal-Libanu sal-muntanja Ħalak li tieħu għal Xegħir. U ta din l-art Ġożwè lit-tribujiet ta’ Iżrael skont it-taqsim tagħhom

8fil-muntanji, fis-Sefela, fl-Għaraba, fix-xaqlibiet tagħhom, u fid-deżert u fin-Negeb, l-artijiet tal-Ħittin, tal-Amurrin, tal-Kangħanin, tal-Periżżin, tal-Ħiwwin u tal-Ġebusin.

9Is-slaten kienu dawn: is-sultan ta’ Ġeriko, is-sultan ta’ Għaj ħdejn Betel;Ġoż 6,2; 8,23.

10is-sultan ta’ Ġerusalemm, is-sultan ta’ Ħebron,Ġoż 10,23.

11is-sultan ta’ Ġarmut, is-sultan ta’ Lakis,

12is-sultan ta’ Għeglon, is-sultan ta’ Geżer,Ġoż 10,23; Mħ 1,29.

13is-sultan ta’ Debir, is-sultan ta’ Geder,Ġoż 10,38-39; 15,36.

14is-sultan ta’ Ħorma, is-sultan ta’ Għarad,

15is-sultan ta’ Libna, is-sultan ta’ Għadullam,Ġoż 10,29-30; 15,35.

16is-sultan ta’ Makkeda, is-sultan ta’ Betel,Ġoż 8,17; 10,28; Mħ 1,22-26.

17is-sultan ta’ Taffuħa, is-sultan ta’ Ħafer,Ġoż 15,34.

18is-sultan ta’ Afek, is-sultan ta’ Lassaron,Ġoż 15,53.

19is-sultan ta’ Madon, is-sultan ta’ Ħasor,Ġoż 11,1.

20is-sultan ta’ Simron-merun, is-sultan ta’ Aksaf,Ġoż 11,1; 17,11; Mħ 1,27-28.

21is-sultan ta’ Tagħnak, is-sultan Megiddu,

22u s-sultan ta’ Kedes, is-sultan ta’ Ġoknegħam fil-Karmel,Ġoż 11,2; 19,37.

23is-sultan ta’ Dor f’Nafat-dor, is-sultan ta’ Gojim f’Gilgal,

24is-sultan ta’ Tirsa - wieħed u tletin sultan b’kollox.

Blog
About Us
Message
Site Map

Who We AreWhat We EelieveWhat We Do

Terms of UsePrivacy Notice

2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.

Home
Gospel
Question
Blog
Help