LHUD 8 - Maltese Bible with DC

Kapitlu 8Il-qassis il-kbir tal-patt il-ġdid

1Din hi issa l-aqwa ħaġa li rridu ngħidu: li aħna għandna qassis hekk kbir li qagħad fuq il-lemin tat-tron tal-kobor ta’ Alla fis-sema,, skont ma Alla qal lil Mosè meta dan kien wasal biex iwaqqaf it-tabernaklu: “Qis li tagħmel kollox fuq il-mudell li wrejtek fuq il-muntanja.”

6Issa l-ministeru li kiseb Kristu hu daqshekk aqwa minn dak tal-imgħoddi daqs kemm hu aqwa l-patt li tiegħu huwa l-medjatur, għaliex hu patt mibni fuq wegħdiet aqwa.

li jiena nagħmel patt ġdid mad-dar ta’ Iżrael u mad-dar ta’ Ġuda.

9 Dan ma jkunx bħall-patt li jien

għamilt ma’ missirijiethom,

meta qbadthom minn idhom biex

noħroġhom mill-art tal-Eġittu;

ladarba huma ma baqgħux iżommu

mal-patt tiegħi, jiena wkoll tlaqthom, jgħid il-Mulej.

10 Dan hu l-patt li jien għad nagħmel mad-dar ta’ Iżrael

wara dawk il-jiem, jgħid il-Mulej:

Inqiegħed il-liġijiet tiegħi f’moħħhom,

u f’qalbhom niktibhom.

U jiena nkun Alla tagħhom,

u huma jkunu l-poplu tiegħi.

11 Ma jgħallmux aktar wieħed lil sieħbu

u wieħed lil ħuh billi jgħidu:

‘Agħraf lill-Mulej’,

għax ilkoll għad jagħrfuni,

miż-żgħir nett sal-kbir nett fosthom.

12 Jiena nħenn għalihom fil-ħażen tagħhom,

u fi dnubiethom ma niftakarx iżjed.”

13Meta tkellem minn patt “ġdid”, wera li dak ta’ qabel kien qadim. Issa dak li jiqdiem u jixjieħ ikun wasal biex jispiċċa.

Blog
About Us
Message
Site Map

Who We AreWhat We EelieveWhat We Do

Terms of UsePrivacy Notice

2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.

Home
Gospel
Question
Blog
Help