LEVITIKU 4 - Maltese Bible with DC

Kapitlu 4Sagrifiċċji tal-purifikazzjoni

1Il-Mulej kellem lil Mosè u qallu: u jkun ġieb il-ħtija fuq il-poplu, joffri lill-Mulej għall-ħtija li jkun għamel għoġol bla difett.

4“Iġib l-għoġol fil-bieb tat-tinda tal-laqgħa quddiem il-Mulej, u jmidd idu fuq ras l-għoġol u joqtol l-għoġol quddiem il-Mulej.

27“Jekk xi ħadd mill-poplu jidneb bla ma jintebaħ u jagħmel xi ħaġa minn dak li l-Mulej ordna li ma għandhiex issir, u jaqa’ fid-dnub,

32“Jekk iġib ħaruf b’offerta biex ipatti għall-ħtija, iġibu mara bla difett;

33u jmidd idu fuq ras il-vittma għall-espjazzjoni, u joqtolha b’sagrifiċċju tal-purifikazzjoni fejn joqtlu l-vittmi għas-sagrifiċċju.

34U l-qassis jieħu ftit mid-demm b’sebgħu, u jqiegħdu fuq il-qrun tal-artal tas-sagrifiċċju, u l-bqija tad-demm ixerrdu f’riġlejn l-artal.

35U x-xaħam kollu jaqilgħu bħalma jaqla’ x-xaħam mill-vittma tas-sliem, u l-qassis jaħarqu fuq il-vittmi maħruqa lill-Mulej fuq l-artal; u hekk il-qassis jagħmel l-espjazzjoni għad-dnub ta’ dak li jkun għamlu, u jaqlagħlu l-maħfra.

Blog
About Us
Message
Site Map

Who We AreWhat We EelieveWhat We Do

Terms of UsePrivacy Notice

2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.

Home
Gospel
Question
Blog
Help