DANJEL BIL-GRIEG 3 - Maltese Bible with DC

Kapitlu 3Nabukodonosor iwaqqaf statwa tad-deheb

1Is-sultan Nabukodonosor għamel statwa tad-deheb, li l-għoli tagħha kien ta’ sittin driegħ u l-wisa’ tagħha sitta, u waqqafha fil-wita ta’ Dura fil-provinċja ta’ Babilonja.

2U s-sultan Nabukodonosor bagħat jiġma’ s-satrapi, il-prefetti, il-gvernaturi, il-kunsillieri, it-teżorieri, l-imħallfin, l-avukati, u s-setgħat kollha tal-provinċja biex jiġu għad-dedikazzjoni tal-istatwa li waqqaf is-sultan Nabukodonosor, u qagħdu quddiem l-istatwa li kien waqqaf Nabukodonosor.

3Imbagħad is-satrapi, il-prefetti, il-gvernaturi, il-kunsillieri, it-teżorieri, l-imħallfin, l-avukati, u s-setgħat kollha tal-provinċja nġabru għad-dedikazzjoni tal-istatwa li waqqaf Nabukodonosor; u qagħdu quddiem l-istatwa li kien waqqaf Nabukodonosor.

4U wieħed ħabbar beda jaqra b’leħen għoli: “Popli, ġnus u ilsna, għalikom huma dawn l-ordnijiet:.

25Imbagħad Għażarija waqaf f’nofs in-nar, fetaħ fommu u talab u qal:

26“Imbierek int, Mulej,

Alla ta’ missirijietna,

ta’ min ifaħħrek ħafna,

u ismek hu msebbaħ għal dejjem.

27Għax int ġust f’dak kollu li għamiltilna: kulma għamilt hu sewwa, triqatek kollha dritti, u l-ġudizzji tiegħek huma s-sewwa.

28Int għamilt ħaqq ġust f’dak kollu li ġibtilna fuqna,

u fuq Ġerusalemm, il-belt qaddisa ta’ missirijietna,

għax dan kollu ġibtu fuqna fis-sewwa u l-ħaqq,

minħabba fi dnubietna.

29Għax dnibna u għamilna ħażin meta tlaqna lilek;

dnibna wisq ma smajniex mil-liġi u l-kmandamenti tiegħek,

30ma ħarisnihomx u ma żammejnihomx kif ordnajtilna għall-ġid tagħna.

31B’hekk int kulma ġibt fuqna u għamiltilna,

għamiltu b’ħaqq fis-sewwa.

32Int tlaqtna f’idejn l-għedewwa tagħna,

nies bla liġi u ħżiena mill-agħar,

u f’idejn sultan bla ħaqq, l-agħar wieħed fuq l-art.

33U llum ma nissugrawx niftħu fommna;

il-mistħija u l-għajb waqgħu fuq dawk li jaqdu u jqimu lilek.

34Minħabba f’ismek, la titlaqniex għalkollox,

la tħassarx il-patt tiegħek;

35la twarrabx ħnientek minn fuqna,

minħabba f’Abraham, il-maħbub tiegħek,

minħabba f’Iżakk, il-qaddej tiegħek,

u minħabba f’Iżrael, il-qaddis tiegħek.

36Lilhom int kont wegħedt nisel bla għadd,

daqs il-kwiekeb tas-sema u r-ramel ta’ xatt il-baħar.

37Għax aħna, Mulej, sirna l-iżgħar fost il-ġnus,

u minħabba fi dnubietna

illum aħna ċċekkinna fid-dinja kollha.

38U bħalissa la hemm iżjed prinċep,

la profeta u lanqas mexxej;

la hemm offerta tal-ħruq u lanqas sagrifiċċju,

la offerta u lanqas inċens,

u lanqas baqa’ mkien fejn noffrulek l-ewwel frott tagħna,

jew fejn nitolbuk ħniena.

39Madankollu, b’qalbna niedma u ruħna mċekkna,

jalla nkunu ningħoġbu quddiemek,

qisna b’sagrifiċċji tal-ħruq ta’ nagħaġ u barrin,

qisna b’eluf ta’ ħrief imsemmna;

40ħa jkun hekk illum is-sagrifiċċju tagħna quddiemek,

u jalla nimxu għalkollox warajk,

għax xejn ma jitħawdu dawk li jittamaw fik.

41U issa b’qalbna kollha nimxu warajk,

nibżgħu minnek u nfittxu lilek.

42Twaqqgħalniex wiċċna fl-art,

iżda ġib ruħek magħna skont il-ħlewwa u l-kobor ta’ ħnientek.

43Eħlisna skont l-għemejjel tiegħek tal-għaġeb,

u sebbaħ, Mulej, lil ismek.

Ħa jitħawdu dawk kollha li jagħmlu d-deni lill-qaddejja tiegħek;

44ħa jaqgħu fl-għajb,

ħa titneħħielhom setgħethom kollha u titkissrilhom il-qawwa tagħhom,

45ħa jkunu jafu li int waħdek Alla,

imsebbaħ fuq kollha kemm hi l-art.

46Il-qaddejja tas-sultan li xeħtuhom fin-nar baqgħu jkebbsuh dejjem iżjed u jitfgħu fih nafta, żift, stoppa u zkuk,

47hekk li l-ilsna tan-nar għollew mill-forn sa disgħa u erbgħin driegħ,

48u n-nar infirex u ħaraq lil dawk il-Kaldin li kienu jinsabu madwar il-forn.

49Imma l-anġlu tal-Mulej niżel fil-forn maġenb Għażarija u sħabu; huwa warrab l-ilsna tan-nar mill-forn

53Imbierek int fit-tempju tas-sebħ imqaddes tiegħek,

ta’ min jgħollik u jsebbħek fuq kollox għal dejjem.

55Imbierek int li qiegħed fuq il-kerubini, li ħarstek tinfed l-abbissi,

ta’ min ifaħħrek u jsebbħek fuq kollox għal dejjem.

54Imbierek int fuq it-tron ta’ saltnatek,

ta’ min ifaħħrek u jsebbħek fuq kollox għal dejjem.

56Imbierek int fil-wisa’ kollu tas-sema,

ta’ min jgħollik u jsebbħek fuq kollox għal dejjem.

57Bierku, għemejjel kollha tal-Mulej, il-Mulej,

faħħruh u għolluh fuq kollox għal dejjem.

58Bierku, anġli tal-Mulej, il-Mulej,

faħħruh u għolluh fuq kollox għal dejjem.

59Bierku, smewwiet, il-Mulej,

faħħruh u għolluh fuq kollox għal dejjem.

60Bierku, ilmijiet kollha ta’ fuq is-sema, il-Mulej,

faħħruh u għolluh fuq kollox għal dejjem.

61Bierku, setgħat kollha, il-Mulej,

faħħruh u għolluh fuq kollox għal dejjem.

62Bierku, xemx u qamar, il-Mulej,

faħħruh u għolluh fuq kollox għal dejjem.

63Bierku, kwiekeb tas-sema, il-Mulej,

faħħruh u għolluh fuq kollox għal dejjem.

64Bierku, xita u nida kollha, il-Mulej,

faħħruh u għolluh fuq kollox għal dejjem.

65Bierku, irjieħ kollha, il-Mulej,

faħħruh u għolluh fuq kollox għal dejjem.

66Bierek, nar u sħana, il-Mulej,

faħħruh u għolluh fuq kollox għal dejjem.

67Bierek, bard u ksieħ, il-Mulej,

faħħruh u għolluh fuq kollox għal dejjem.

68Bierku, nida u borra, il-Mulej,

faħħruh u għolluh fuq kollox għal dejjem.

69Bierku, silġ u bard, il-Mulej,

faħħruh u għolluh fuq kollox għal dejjem.

70Bierku, ġlata u silġ, il-Mulej,

faħħruh u għolluh fuq kollox għal dejjem.

71Bierku, iljieli u ġranet, il-Mulej,

faħħruh u għolluh fuq kollox għal dejjem.

72Bierku, dawl u dlam, il-Mulej,

faħħruh u għolluh fuq kollox għal dejjem.

73Bierku, beraq u sħab, il-Mulej,

faħħruh u għolluh fuq kollox għal dejjem.

74Ħa tbierek l-art il-Mulej,

ħa tfaħħru u tgħollih fuq kollox għal dejjem.

75Bierku, muntanji u għoljiet, il-Mulej,

faħħruh u għolluh fuq kollox għal dejjem.

76Bierku, kulma jinbet fl-art, il-Mulej,

faħħruh u għolluh fuq kollox għal dejjem.

77Bierku, għejun, il-Mulej,

faħħruh u għolluh fuq kollox għal dejjem.

78Bierku, ibħra u xmajjar, il-Mulej,

faħħruh u għolluh fuq kollox għal dejjem.

79Bierku, ħut kbir u kulma jżiġġ fl-ilma, il-Mulej,

faħħruh u għolluh fuq kollox għal dejjem.

80Bierku, tjur kollha tal-ajru, il-Mulej,

faħħruh u għolluh fuq kollox għal dejjem.

81Bierku, bhejjem selvaġġi u mansi kollha, il-Mulej,

faħħruh u għolluh fuq kollox għal dejjem.

82Bierku, ulied il-bnedmin, il-Mulej,

faħħruh u għolluh fuq kollox għal dejjem.

83Bierek, Iżrael, il-Mulej,

faħħruh u għolluh fuq kollox għal dejjem.

84Bierku, qassisin tal-Mulej, il-Mulej,

faħħruh u għolluh fuq kollox għal dejjem.

85Bierku, qaddejja tal-Mulej, il-Mulej,

faħħruh u għolluh fuq kollox għal dejjem.

86Bierku, spirti u rwieħ tal-ġusti, il-Mulej,

faħħruh u għolluh fuq kollox għal dejjem.

87Bierku, qaddisin u intom ta’ qalbkom umli, il-Mulej,

faħħruh u għolluh fuq kollox għal dejjem.

88Bierku, Ħananija, Għażarija u Misael, il-Mulej,

faħħruh u għolluh fuq kollox għal dejjem.

Għax hu salvana minn Art l-Imwiet,

ħelisna minn id il-mewt,

salvana minn ġo nofs il-forn ta’ nar iħeġġeġ,

ħelisna minn qalb l-ilsna tan-nar.

89Roddu ħajr lill-Mulej, għax hu tajjeb,

għax it-tjieba tiegħu għal dejjem.

90Bierku ’l Alla tal-allat, intom ilkoll li tqimu l-Mulej,

faħħruh u roddulu ħajr,

għax it-tjieba tiegħu għal dejjem.

Is-sultan jagħraf l-għaġeb li sar

91 91(24) Imbagħad is-sultan Nabukodonosor stagħġeb u qam minnufih, u qabad u qal lill-kunsillieri tiegħu: “Mhux tlieta kienu l-irġiel li xħetna marbutin fil-forn tan-nar?” Wieġbu lis-sultan u qalulu: “U żgur, sultan!”

92 92(25) Iżda hu raġa’ u qal: “Din x’biċċa hi! Jiena qiegħed nara erbat irġiel, maħlulin u mexjin fil-forn tan-nar, u r-raba’ wieħed qisu xi wild l-allat!”

93 93(26) Imbagħad Nabukodonosor resaq lejn il-bieb tal-forn tan-nar iħeġġeġ, u qabad u qal: “Sidrak, Mesak u Għabednegu, qaddejja ta’ Alla l-Għoli, oħorġu u ejjew hawn!” Imbagħad Sidrak, Mesak u Għabednegu ħarġu minn ġo nofs in-nar.

94 94(27) Imbagħad is-satrapi, il-prefetti, il-gvernaturi, u l-kunsillieri tas-sultan inġabru biex jaraw lil dawk l-irġiel li n-nar ma kellu ebda setgħa fuq ġisimhom, u li xagħar rashom ma nħaraqx, l-imnatar tagħhom ma ntmessux, u li ebda riħa ta’ ħruq ma kienet tinxtamm fuqhom.

95 95(28) Nabukodonosor qabad u qal: “Imbierek Alla ta’ Sidrak, Mesak u Għabednegu, li bagħat l-anġlu tiegħu u ħeles lill-qaddejja tiegħu li ttamaw fih u kisru l-ordni tas-sultan, u taw ħajjithom biex ma jaqdux u ma jqimux alla ieħor ħlief lil Alla tagħhom.

96 96(29) Mela nagħti dan id-digriet: kull poplu, ġens u lsien li jonqsu bi kliemhom kontra Alla ta’ Sidrak, Mesak u Għabednegu, isiru bċejjeċ, u djarhom isiru ħerba ladarba ma hemmx alla ieħor li għandu ħila jagħti ħelsien bħal dan.”.

100 100(33) Kemm huma kbar is-sinjali tiegħu,

u kemm huma qawwija għeġubijietu!

Saltnatu saltna ta’ dejjem,

u ħakmietu minn nisel għal nisel!

Blog
About Us
Message
Site Map

Who We AreWhat We EelieveWhat We Do

Terms of UsePrivacy Notice

2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.

Home
Gospel
Question
Blog
Help