1F’dak iż-żmien Abija bin Ġerobogħam marad.
2U Ġerobogħam qal lil martu: “Qum u biddel ħwejġek, biex ma jagħrfux li int mart Ġerobogħam, u mur Silo. Hemm jinsab Aħija l-profeta, dak li kien ħabbarli li kelli nsir sultan fuq dan il-poplu.
12“U int issa qum u mur f’darek, u malli tmidd riġlejk ġol-belt, it-tifel imut.
13U Iżrael kollu jibkih u jidfnuh: dan waħdu minn dar Ġerobogħam jidħol f’qabru, għax fih biss minn dar Ġerobogħam sab xi ħaġa tajba l-Mulej, Alla ta’ Iżrael.
14U l-Mulej iqajjem floku sultan fuq Iżrael li jeqred id-dar ta’ Ġerobogħam f’dak il-jum. X’jien ngħid? Issa stess!
15U l-Mulej iħabbat lil Iżrael bħalma r-riħ iħabbat qasba fl-ilma, u jqaċċat lil Iżrael minn fuq din l-art tajba li ta lil missirijiethom, u jxerridhom ’l hemm mix-xmara, talli għamlu x-xbihat tagħhom tal-Asera, allat foloz, u għaddbu lill-Mulej.
16U jitlaq lil Iżrael minħabba d-dnubiet li għamel Ġerobogħam, u d-dnubiet li dan ġagħal jagħmel lil Iżrael.”
17U mart Ġerobogħam qamet, u telqet, u waslet Tirsa. Malli rifset l-għatba tad-dar, it-tifel miet.
18Difnuh u bkewh Iżrael kollu, skont il-kelma tal-Mulej li kien tkellem permezz tal-qaddej tiegħu Aħija, il-profeta.
19Il-bqija tal-ġrajja ta’ Ġerobogħam, kif tqabad u kif saltan, jinsabu miktuba fi Ktieb il-Ġrajja tas-Slaten ta’ Iżrael.
20Ġerobogħam dam isaltan tnejn u għoxrin sena; u strieħ ma’ missirijietu, u saltan floku Nadab ibnu.
Reħobogħam, sultan ta’ Ġuda21Reħobogħam bin Salamun kien isaltan f’Ġuda; kellu wieħed u erbgħin sena meta beda jsaltan, u saltan sbatax-il sena f’Ġerusalemm, il-belt li l-Mulej għażel minn fost it-tribujiet kollha ta’ Iżrael, biex fiha jqiegħed ismu. Ommu kien jisimha Nagħma l-Għammonija.
22U Ġuda għamel il-ħażin f’għajnejn il-Mulej, u bi dnubiethom li dinbu xegħlu lill-Mulej bl-għira aktar milli kienu għamlu missirijiethom.
23U bnew huma wkoll is-santwarji, il-plieri tal-ġebel u x-xbihat tal-Asera fuq kull għolja u taħt kull siġra tħaddar. fil-pajjiż. F’kelma waħda għamlu l-qżiżijiet kollha tal-ġnus, li Alla kien keċċa minn quddiem ulied Iżrael.
25Fil-ħames sena tas-saltna ta’ Reħobogħam, Sisak, sultan tal-Eġittu, tala’ għal Ġerusalemm.2 Kron 12,2-9.
26U ħataf f’idejh it-teżori tat-tempju tal-Mulej, u t-teżori tal-palazz tas-sultan; kollox ħa. Ħa wkoll it-tarkiet kollha tad-deheb li kien għamel Salamun.1 Slat 10,16.
27Flokhom Reħobogħam għamel tarkiet tal-bronż u ħalliehom fi ħsieb il-kmandant tal-gwardji li kienu jgħassu f’bieb il-palazz tas-sultan.
28U kull meta s-sultan kien imur fit-tempju tal-Mulej, il-gwardji kienu jġorruhom, u mbagħad jerġgħu jqegħduhom fil-kamra tal-gwardji.
29U l-bqija tal-ġrajja tas-sultan Reħobogħam u ta’ kulma għamel, huma miktubin fi Ktieb il-Ġrajja tas-Slaten ta’ Ġuda.
30U kien hemm dejjem il-gwerra bejn Reħobogħam u bejn Ġerobogħam.
31U Reħobogħam strieħ ma’ missirijietu, u difnuh ma’ missirijietu fil-belt ta’ David. Ommu kien jisimha Nagħma l-Għammonija; u Abijam, ibnu, beda jsaltan floku.
Who We AreWhat We EelieveWhat We Do
2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.