MĦALLFIN 9 - Maltese Bible with DC

Kapitlu 9Abimelek sultan

1Abimelek bin Ġerub-bagħal mar Sikem, għand ħut ommu, u kellem lilhom u l-familja kollha ta’ dar missier ommu, u qalilhom:

5U mar f’dar missieru f’Għofra, u qatel lil ħutu wlied Ġerub-bagħal, sebgħin wieħed, fuq ħaġra waħda; u baqa’ wieħed, Ġotam, l-iben iż-żgħir ta’ Ġerub-bagħal, għax kien inħeba.

7Meta għarrfuh b’dan, Ġotam mar u qagħad fuq il-quċċata tal-muntanja Gariżim, u għolla leħnu u sejħilhom u qalilhom:

“Isimgħu, nies ta’ Sikem!

Hekk Alla jisma’ lilkom.

8Darba marru s-siġar

biex jidilku sultan fuqhom.

U qalu liż-żebbuġa:

‘saltan fuqna.’

9U ż-żebbuġa weġbithom:

‘Għandi nħalli jiena żejti,

li bih jitweġġħu l-allat u l-bnedmin,

biex immur niddandan fuq is-siġar?’

10U s-siġar qalu lit-tina:

‘Ejja int, u saltan fuqna.’

11U t-tina weġbithom:

‘Għandi nħalli jien il-ħlewwa,

u l-frott bnin tiegħi,

u mmur niddandan fuq is-siġar?’

12U s-siġar qalu lid-dielja:

‘Ejja int, u saltan fuqna.’

13U d-dielja weġbithom:

‘Għandi nħalli jien l-inbid tiegħi,

li jferraħ l-allat u l-bnedmin,

u mmur niddandan fuq is-siġar?’

14U s-siġar kollha qalu lill-għollieq:

‘Ejja int, u saltan fuqna.’

15U l-għollieq qal lis-siġar:

‘Jekk intom tassew tridu

tidilkuni sultan fuqkom,

ejjew stkennu taħt delli.

Jekk le, joħroġ nar mill-għollieq

u jibla’ ċ-ċedri tal-Libanu.’

16U issa, taħsbu li għamiltu l-ħaqq u s-sewwa meta għamiltu lil Abimelek sultan fuqkom? Taħsbu li għamiltu l-ġid ma’ Ġerub-bagħal u ma’ daru? Taħsbu li għamiltu miegħu skont ma għamel hu,

17meta missieri tqabad għalikom, u tarraf ħajtu, u ħeliskom minn id il-Midjanin?

18Intom illum qomtu kontra dar missieri u qtiltu lil uliedu - sebgħin wieħed fuq ħaġra waħda - u għamiltu lil Abimelek, bin il-konkubina tiegħu, fuq in-nies ta’ Sikem, għax hu ħukom.

21Imbagħad Ġotam ħarab, u għab u mar Bir u baqa’ hemm minħabba ħuh Abimelek.

Irvell f’Sikem

22Tliet snin kien ilu Abimelek jaħkem ta’ prinċep fuq Iżrael..

46U n-nies tat-torri ta’ Sikem semgħu b’dan, u marru jistkennu fil-kamra taħt l-art fit-tempju ta’ El-berit.L-aħħar jum ta’ Abimelek

50Abimelek imbagħad mar Tebes, dawwarha u ħadha f’idejh.

51F’nofs il-belt kien hemm torri qawwi, u marru jinħbew fih in-nies kollha tal-belt, nisa u rġiel; sakkru warajhom u telgħu fuq is-saqaf tat-torri.

52Abimelek erħielha lejn it-torri, u ħabat għalih, u resaq lejn il-bieb biex jagħtih in-nar.

53Imma waħda mara waddbet ħaġra ta’ fuq ta’ mitħna għal fuq ras Abimelek, u kissritlu rasu.

55U l-Iżraelin raw li Abimelek miet, u kulħadd mar lejn daru.

56U hekk Alla radd lil Abimelek il-ħażin kollu li kien għamel lil missieru meta qatel is-sebgħin ħutu.

57U Alla radd ukoll fuqhom il-ħażin kollu li kienu għamlu n-nies ta’ Sikem, u laħqithom is-saħta ta’ Ġotam bin Ġerub-bagħal.

Blog
About Us
Message
Site Map

Who We AreWhat We EelieveWhat We Do

Terms of UsePrivacy Notice

2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.

Home
Gospel
Question
Blog
Help