1U l-Mulej kellem lil Mosè u qallu:
2“Kellem lil Aron u għidlu: Meta ttella’ l-imsiebaħ, qis li s-seba’ msiebaħ ikunu jiddu għal quddiem l-imnara.”
5U l-Mulej kellem lil Mosè u qallu:
15“U wara dan kollu l-Leviti jidħlu biex iservu fit-tinda tal-laqgħa. Hekk inti tnaddafhom u tressaqhom bħala offerta,
16għaliex huma mogħtija lili minn fost ulied Iżrael, minflok kull min jitwieled l-ewwel minn mara; kull l-ewwel wild minn ulied Iżrael ħadtu jien għalija.
20U Mosè u Aron u l-ġemgħa kollha ta’ Iżrael hekk għamlu mal-Leviti skont ma ordnalhom jagħmlu magħhom il-Mulej.
21Il-Leviti nħaslu bl-ilma tal-purifikazzjoni, ħaslu ħwejjiġhom, u Aron offriehom lill-Mulej u talab il-maħfra għalihom biex inaddafhom.
22Imbagħad il-Leviti daħlu biex jagħmlu s-servizz tagħhom fit-tinda tal-laqgħa ħdejn Aron u wliedu. Mosè għamel magħhom skont ma ordnalu l-Mulej dwar il-Leviti.
23U l-Mulej kellem lil Mosè u qallu:
24“Din hi l-liġi tal-Leviti; minn ħamsa u għoxrin sena ’l fuq jidħlu għax-xogħol fis-servizz tat-tinda tal-laqgħa;Num 4,3.
25u mal-ħamsin sena jieqfu mix-xogħol fis-servizz u ma jaħdmux aktar.
26Jista’ wieħed jgħin lil ħutu huma u jagħmlu l-għassa fit-tinda tal-laqgħa, imma ma jagħmilx xogħol. Hekk għandek tqassam ix-xogħol tal-Leviti.”
Who We AreWhat We EelieveWhat We Do
2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.