1U Sawl qal lil Ġonatan, ibnu, u ’l-qaddejja tiegħu biex joqtlu lil David; imma Ġonatan bin Sawl kellu qalbu marbuta ma’ David., għattietu u qegħditu fil-friex, ħadet biċċa xagħar tal-mogħoż, u qegħditha ħdejn rasu, u għattietu bil-ħwejjeġ.
14Sawl bagħat messaġġiera biex jaqbdu lil David, u Mikal qaltilhom: “Marid!”
15U Sawl raġa’ bagħat il-messaġġiera jaraw lil David u qalilhom: “Ġibuhuli bil-friex b’kollox, biex noqtlu.”
16Il-messaġġiera daħlu u sabu t-terafim fil-friex bix-xagħar tal-mogħoż ħdejn rasu.
17U Sawl qal lil Mikal: “Għaliex dħaqt bija b’dan il-mod? Għaliex ħallejt l-għadu tiegħi jaħrab u jeħles minni?” U Mikal weġbitu: “Għax hu qalli: ‘Ħallini mmur, inkella noqtlok.’ ”
David u Sawl f’Najot18U David ħarab u ħeles. U mar għand Samwel f’Rama u għarrfu b’kulma kien għamillu Sawl. Imbagħad telqu t-tnejn, hu u Samwel, u marru joqogħdu f’Najot.
19U għarrfu lil Sawl u qalulu: “Ara, David qiegħed f’Najot, ħdejn Rama.”
20U Sawl bagħat messaġġiera biex jaqbdu lil David, u raw qatgħa profeti mitlufa f’estasi ta’ profeti, u Samwel wieqaf f’nofshom; u niżel l-ispirtu ta’ Alla fuqhom u ntilfu f’estasi huma wkoll.
Who We AreWhat We EelieveWhat We Do
2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.